Arrestat wara li jħebb għal diversi persuni fl-Imsida

Il-Pulizija arrestaw raġel ta’ nazzjonalità barranija wara li allegatament ħebb għal tliet persuni.  L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 a.m. bil-Pulizija jiġu infurmati li mara u raġel ġew aggrediti fi Triq Ċensu Farruġia, fl-Imsida u raġel ieħor ġie aggredit fi Triq il-Wied, fl-Imsida wkoll, x’aktarx mill-istess persuna.  Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-allegat aggressur l-ewwel ħebb għal mara ta’ 36 sena residenti l-Imsida, waqt li kienet miexja. Dak il-ħin, kien għaddej raġel ta’ 38 sena, residenti wkoll l-Imsida li malli ra lill-agressur jħebb għal din il-mara, huwa niżel mill-karozza u rnexxielu jwaqqfu milli jħebb għal mara oħra li kienet miexja, bil-konsegwenza li … Continue reading Arrestat wara li jħebb għal diversi persuni fl-Imsida