AĠĠORNAT: Isofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn diversi karozzi f’Tal-Balal

Raġel ta’ 30 sena mil-Litwanja sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’ħabta bejn tliet karozzi fin-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30 p.m. fi Triq tal-Balal.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura Hyndai I20, misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mil-Lithuania u residenti San Pawl il-Baħar, vettura tal-għamla Kia Picanto, misjuqa minn mara ta’ 32 sena, residenti Ħaż-Żabbar u vettura oħra tal-għamla Daihatsu Sirion, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena u residenti l-Mellieħa. 

Fil-vettura Daihatsu kien hemm passiġġiera mara ta’ 70 sena, residenti l-Mellieħa. 

Ir-raġel mil-Litwanja ta’ 30 sena u l-mara ta’ 70 sena ngħataw assistenza minn tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili li ssejħu fuq l-post. Permezz t’ambulanzi ż-żewġ persuni ittieħdu għal aktar kura fl-Isptar Mater Dei.  

Aktar tard ir-raġel ta’ 30 sena ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji filwaqt li l-mara ta’ 70 sena sofriet minn ġrieħi ħfief. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

Share With: