Żomm Ruħek Aġġornat permezz tal-Webinars COVID-19 mill-BOV

Il-Bank of Valletta se jkun qed jorganizza Webinar dwar l-Investimenti u kif is-suq lokali qed jiġi affettwat mill-COVID-19. Dan il-Webinar se jsir il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020 fit-3.00pm. Matul il-webinar, erba’ esperti fil-qasam tal-investimenti se jiddiskutu u jipprovdu informazzjoni dwar l-andament tas-suq lokali, x’inhuma il-prospettivi u x’għandna nistennew fix-xenarju attwali.

Il-Webinar dwar l-Investimenti huwa wieħed minn serje ta’ webinars b’xejn li l-Bank of Valleta qed jorganizza bil-kollaborazzjoni ta’ numru ta’ istituzzjonijiet oħra bil-għan li n-negozji lokali u l-konsumaturi jibqgħu aġġornati bl-aħħar żviluppi, għarfien u best-practices.

Il-Bank of Valletta qed jingħaqad ukoll ma’ sħab soċjali bħaċ-Chamber of SMEs, EY Malta, il-Gozo Business Chamber u l-Malta Chamber sabiex jesploraw diversi suġġetti bħall-ekonomija, il-finanzjament tan-negozji, stress management u l-immaniġġjar tal-investimenti.

Il-webinars se jkunu kollha mingħajr bla ħlas u miftuħa għal kull min hu interessat li jikseb aktar għarfien dwar dawn is-suġġetti. Il-parteċipanti jistgħu wkoll jaqsmu l-mistoqsijiet u l-ħsibijiet tagħhom kif ukoll jesprimu l-opinjonijiet tagħhom. Diversi webinars huma wkoll disponibbli għall-pubbliku permezz tal-paġni tal-midja soċjali tal-Bank.

Biex tibqa’ aġġornat bl-aħħar żviluppi, irreġistra għal dawk il-webinars li jolqtu l-interess tiegħek. L-iskeda għal webinars u aktar informazzjoni jinstabu fuq https://www.bov.com/Pjazza/upcoming-bov-webinars.

Share With: