Żewġt irġiel isofru ġrieħi gravi wara li ċediet bihom gallarija

Illum għall-ħabta tas-1:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni sofrew xi ġrieħi meta ċediet gallarija fi Triq il-Lvant, il-Belt Valletta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Lija u raġel ta’ 43 sena residenti l-Mosta, sofrew xi ġrieħi meta ċediet bihom gallarija ta’ sit ta’ kostruzzjoni u waqgħu madwar sular għoli.

L-irġiel kienu assistiti minn tim mediku fuq il-post u ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Share With: