Waqt l-ikla tal-Prim Ministru f’Għawdex ma nkisret l-ebda regola tal-awtoritajiet tas-saħħa

Waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari, kien hemm diskussjoni mhux tas-soltu u dan hekk kif saret domanda mid-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone li permezz tagħha staqsa jekk il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kisrux ir-regoli tal-awtoritajiet tas-saħħa meta marru jieklu f’ristorant fil-pjazza tax-Xagħra Għawdex.

Il-Ministru Camilleri fit-tweġiba tiegħu għamilha ċara li huma ma kissru l-ebda rakkomandazzjoni. Kien hawn li ssemmiet il-bowl taċ-chips li kien hemm quddiem il-Prim Ministru Robert Abela. Il-Ministru għal Għawdex qal li kien hemm aktar minn bowl chips waħda. Hu spjega li bintu kielet biss patata waħda.

Share With: