Trump jhedded lill-WHO li jwaqqaf il-finanzjament b’mod permanenti

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li l-Istati Uniti jistgħu jwaqqfu b’mod permanenti l-fond lill-Għaqda Dinija tas-Saħħa u tirrevoka s-sħubija tagħha jekk din ma tagħmilx differenza sax-xahar li ġej.

Trump kien akkuża lill-WHO li ħalliet liċ-Ċina tgħatti t-tifigħa tal-Covid-19 u qal li l-Organizzazzjoni tas-Saħħa tan-Nazzjonijiet Uniti għandha turi li hi indipendenti miċ-Ċina anke jekk ma speċifikax ir-riformi eżatti.

Din it-theddida seħħet sigħat wara li Trump żvela li kien qiegħed jieħu l-hydroxychloroquine sabiex jipproteġi lilu nnifsu mill-virus. Dan minkejja li din il-mediċina għadha mhijiex ippruvata li tista’ tfejjaq minn dan il-virus u li jista’ jkollha effetti xejn mixtieqa.

Share With: