Tindarab gravi wara li nqalbet bil-vettura fl-Imsida

Mara kellha tittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-2:20 p.m fl-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett u dawk tat-Traffiku marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li għal xi raġuni vettura tat-tip Toyota Starlet misjuqa minn mara ta’ 59 sena, residenti l-Ħamrun, kienet inqalbet.

Fil-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u Tim mediku li assistew lill-mara sabiex tinħareġ mill-vettura. Hija ittieħdet permezz t’Ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet ċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: