Sentejn ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih

Raġel li tressaq ilbieraħ filgħaxija fil-Qorti t’Għawdex ġie akkużat bit-traffikar u pussess aggravat tad-droga kokaina, bil-pussess sempliċi tad-droga kannabis u eroina, li renda ruħu reċidiv u li wettaq dawn ir-reati f’distanza ta’ inqas minn 100 metru ta’ post frekwentat miż-żagħżagħ. Huwa wieġeb ħati għal dawn l-akkużi u kien ikkundannat sentejn priġunerija.

Aqra wkoll:

Raġel mill-Għarb arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga
Share With: