AĠĠORNAT: 15-il każ ġdid; Il-każi attivi jitilgħu għal 113-il każ

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa jammontaw għal 15-il każ. Fl-istess waqt kien hemm ħames persuni li rkupraw mill-virus, biex b’hekk in-numru kumplesiv ta’ persuni li rkupraw mill-virus jammontaw għal 465.

Dan ifisser li n-numru ta’ każi attivi tela’ għal 113-il każ.

Aktar kmieni llum l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Mediċina tas-Saħħa Pubblika (MAPHM) saħqet li n-numru ta’ każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19 jistgħu jkunu indikazzjoni tat-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet f’pajjiżna.

Mis-26 każ tal-bieraħ u llum, kien hemm għaxra li kellhom is-sintomi, fosthom żewġ itfal ta sentejn. Ħamsa minn dawn il-każijiet kienu ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn li kienu ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn li diġà kienu pożittivi għall-Covid-19.

Każijiet bis-sintomi:

  • Tifel Malti ta’ sentejn li fid-19 ta’ Mejju beda juri sintomi.
  • Tifel ieħor ukoll ta’ sentejn li fit-18 ta’ Mejju kellu d-deni u rriżulta pożittiv għall-Covid-19
  • Żagħżugħ Malti ta’ 15-il sena li beda juri sintomi fil-15 ta’ Mejju
  • Mara Maltija ta’ 22 sena li fil-15 ta’ Mejju bdiet turi sintomi tal-coronavirus. Ħadmet l-aħħar fit-8 ta’ Mejju allura ma kienx hemm espożizzjoni għal persuni oħra madankollu qed isir contact tracing ma’ ħbieb tagħha u membri tal-familja.
  • Raġel Malti ta’ 33 sena li beda juri sintomi fis-17 ta’ Mejju. Kien qed jaħdem waħdu fl-uffiċċju u ma kienx hemm persuni oħrajn esposti. Qed isir proċess ta’ contact tracing ma’ membri tal-familja tiegħu.
  • Raġel Għawdxi ta’ 65 sena li beda juri sintomi fil-15 ta’ Mejju, li huw healthcare worker fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Jinsavb f’iżolazzjoni u qed isir contact tracing mal-pazjenti u kollegi tiegħu.
  • Mara Maltija ta’ 59 sena li bdiet turi sintomi fit-12 ta’ Mejju. Taħdem mid-dar u qed isir contact tracing mal-familja tagħha.
  • Raġel Malti ta’ 67 sena, li fis-17 ta’ Mejju kellu uġigħ ta’ ras. Qed isir contact tracing mal-membri tal-familja tiegħu.
  • Raġel Malti ta’ 72 sena li beda juri sintomi fis-17 ta’ Mejju u qed isir contact tracing mal-membri tal-familja.
  • Mara Maltija ta’ 82 sena li hija residenti f’dar tal-anzjani

Il-ħames każijiet fejn il-persuni kienu ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn li kienu diġà pożittivi għall-Covid-19:

  • Mara Maltija li fis-16 ta’ Mejju kella sintomi tal-virus. Hija healthcare worker li taħdem f’sala li kien hemm numru ta’ każijiet. Hija kienet ilha fi kwarantina mid-9 ta’ Mejju, mindu kienu nstabu każijiet pożittivi f’din is-sala. Fl-14 ta’ mejju kienet irriżultat negattiva, iżda minn test sussegwenti rriżultat pożittiva.
  • Raġel Malti ta’ 68 sena li kien pazjent f’sala fejn kien hemm numru ta’ każi. Huwa kien fieq mill-kundizzjoni li kellu, però ntbagħat id-dar fuq kwarantina. Minn test sussegwenti li sarlu rriżulta pożittiv.
  • Raġel Malti ta’ 30 sena li fis-17 ta’ Mejju kellu sintomi tal-virus. Kien ukoll f’kuntatt ma’ membru tal-familja li kien pożittiv. Kien qed jinżamm fi kwarantina.
  • Mara ta’ nazzjonalità Indjana ta’ 27 sena li hija healthcare worker f’Karin Grech. Kienet tinsab fi kwarantina u żviluppat sintomi fit-12 ta’ Mejju.
  • Raġel ta’ 35 sena li ma kellu l-ebda sintomi li kien f’kuntatt ma’ persuna oħra fuq il-post tax-xogħol li kienet irriżultat pożittiva.

It-11-il każ li ma kienu qed juru l-ebda sintomi:

  • Mara mill-Pakistan ta’ 30 sena li hija healthcare worker f’Mater Dei. Il-mara nqabdet mill-iscreening ta’ rutina li qed isiru. Ħadmet l-aħħar fil-15 ta’ Mejju u rriżultat pożittiva fit-18 ta’ Mejju.
  • Mara ,mill-filippini ta’ 29 sena li hija care worker f’Mater Dei, li nqabdet permezz ta’ l-iscreening. Ħadmet l-aħħar erbat ijiem qabel.
  • Mara Maltija ta’ 63 sena, li rriżultat pożittiva minn testijiet li sarulha wara li daħlet l-Isptar Mater Dei għal trattament.
  • Mara Maltija ta’ 24 sena li hija healthcare worker fl-Isptar Karin Grech.
  • Raġel Malti li kien l-aħħar xogħol fit-12 ta’ Mejju li ddeċieda li jagħmel it-test minn jeddu u rriżulta pożittiv.
  • Raġel Malti ta’ 27 sena
  • Raġel Malti ta’ 34 sena, li għamel testijiet għall-iscreening u rriżulta pożittiv.
  • Raġel Malti ta’ 19-il sena li mar l-isptar għal kundizzjoni medika li rriżulta pożittiv mill-iscreening li qed isir.
  • Mara mill-Filippini ta’ 26 sena li taħdem f’ħanut. Għamlet it-test minn jeddha. Kineet qed tilbes il-mskra u għaldaqstant naqqset ir-riskju ta’ tixrid tal-virus.
  • Raġel Malti ta’ 26 sena li jaħdem care worker f’dar tal-anzjani.
  • Raġel Malti ta’ 24 sena
Share With: