Se tkun tista’ tfittex ċertifikat fl-entratura ta’ kumpless li juri li l-operatur qed jikkonferma mal-protokolli

Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli waqt konferenza stampa qalet li min ma jimxix mal-protokolli tal-Gvern jaf jitlef il-liċenzja tal-operat tiegħu. Qalet li dawn il-protokolli se jgħinuna nkunu moħħna aktar mistrieħ li fejn immorru se nkunu siguri u anke aktar trankwilli dwar l-ikel li se nieklu minħabba spezzjonijiet li se jkunu qed jiżidiedu.

Hija għamlita ċara li dan il-gvern mhux se jippermetti li jsiru abbużi u filwaqt li se jkunu qed jingħataw ċertifikati lill-operaturi li se jkunu qed jikkonformaw mat-talbiet neċessarji, hemm il-possibbilità li sidien jitilfu l-liċenzja jekk ma jsegwux il-protokolli.

Intqal ukoll li mil-lum l-MTA tiftaħ il-helpline tagħha għal din is-sitwazzjoni differenti għall-istabbilimenti.

Segwi l-konferenza stampa hawn;

Share With: