“Qed niddiskutu tnaqqis fit-tariffi tal-vapur t’Għawdex biex aktar Maltin imorru lejn Għawdex”

Il-Ministru Camilleri jindika li jista’ jkun li jerġa’ jinġieb ir-raba’ vapur għal Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri fil-Parlament li “jien nemmen li din is-sena ħafna Maltin se jqattgħu l-vaganzi tas-sajf tagħhom f’Għawdex. Fl-aħħar għaxart ijiem infurmat li t-traġitti qed jilqgħu aktar passiġġieri. Jidher li diġà beda jiżdied il-moviment minn Malta għal Għawdex. Nhar it-Tnejn żidna l-iskeda għall-vapur. Waħda mill-inizjattivi li qed niddiskutu u biex ninċentivaw lil Maltin hi dik li jkun hemm traħħis fil-tariffi tal-vapur t’Għawdex.”

Intant l-Ministru Camilleri żied jgħid li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jiġi deċiż jekk jerġax jinġieb ir-raba’ vapur għal Għawdex. “Nemmen li issa la qegħdin f’din is-sitwazzjoni, Għawdex jista’ jkun destinazzjoni għall-Maltin. Ma rridux li l-għażla tkun għax m’hemmx mod ieħor, imma għandha ssir b’konvinżjoni,” huwa temm jgħid.

Share With: