Omm Emily tindika li t-tifla qed tbati minn pressjoni baxxa tad-demm; Tappella għat-talb

Omm iċ-ċkejkna Emily appellat għat-talb tal-pubbliku, hekk kif indikat li ċ-ċkejkna jinħtieġ li titla’ l-pressjoni tad-demm biex tkun tista’ tirkupra.

L-intervent mediku fuq it-tifla żvolġa l-ġimgħa li għaddiet, u l-ewwel indikazzjonijiet kienu li l-operazzjoni kienet marret aħjar milli mbassar, hekk kif it-tobba kienu neħħew mal-95% tat-tumur li minnu kienet qed tbati ċ-ċkejkna u salvawlha kilwa.

It-tobba rnexxielhom ineħħu mal-95% tat-tumut, u jsalvaw kilwa tat-tifla

Madankollu lbieraħ ġriet l-aħbar li Emily kienet qalbet għall-agħar, b’ommha, Vanessa Gatt, tindika li l-problema medika tikkonċerna l-pressjoni tad-demm.

Intant hija appellat biex il-pubbliku fit-3.00 p.m.  jingħaqad magħha fit-talb bit-tama li l-kundizzjoni tat-tifla taqleb għall-aħjar.

Share With: