Nofs il-poplu Brittaniku jaf ikollu aċċess għall-vaċċin sa Settembru

Jgħid dan is-Segretarju għall-Kummerċ Alok Sharma

Madwar nofs il-popolazzjoni tar-Renju Unit jaf ikollha aċċess għall-vaċċin kontra l-coronavirus sa Settembru. Dan kien konfermat mill-Gvern Brittaniku.

Alok Sharma, is-Segretarju għall-Kummerċ, ħabbar dan wara li ntlaħaq ftehim bejn l-Università ta’ Oxford u Astrazenaca.

Dan ifisser li jekk il-vaċċin li qed jiġi ttestjat, magħruf bħala Chaddox 1, ikun suċċess, allura l-kumpanija tal-farmaċewtika se tkun qed tħallas għall-kummerċjalizzazzjoni u l-manifattura tiegħu, qabel ma eventwalment jinbiegħ.

Sharma qal li dan il-ftehim jista’ jwassal biex fi żmien erba’ xhur jitqassmu mal-100 miljun doża tal-vaċċin, bi 30 miljun minnhom jkunu disponibbli għall-poplu Brittaniku. Dan huwa ferm qabel iż-żmien li kien mistenni biex jiġi żviluppat vaċċin kontra l-Covid-19.

“Ir-Renju Unit se tjkun l-ewwel li jingħata aċċess, madankollu nistgħu nassiguraw li se nkunu nistgħu nagħmlu l-vaċċin disponibbli lil pajjiżi li qed jiżviluppaw għal prezz baxx,” żied jgħid Sharma.

Share With: