Martin Caceres jitkellem dwar l-esperjenza bil-Covid-19

Id-difensur ta’ Fiorentina, Martin Caceres, żvela li kellu l-coronavirus għal xahrejn sħaħ mingħajr ma kien jaf. L-ex player ta’ Lazio u Juventus ħass xi ħaġa skomda fil-pulmun u kien hemm li ddeċieda li jmur jara x’għandu eżatt għand it-tabib. Eventwalment wara li sarlu s-swab test, instab li kien pożittiv għall-Covid-19.

Caceres qal li nofs dawn is-60 ġurnata ma kienx jaf li għandu dan il-virus u kien biss fil-ġimgħa ta’ bejn it-8 u l-15 ta’ Marzu li ħass xi ħaġa mhux tas-soltu. Huwa qal li waqt li kien qed jagħmel l-eżerċizzji mid-dar, kien jinduna li xi ħaġa ma kinitx normali.

Sadanittant il-bieraħ il-player mill-Urugwaj għamel l-aħħar swab test tiegħu u ġie kkonfermat li nstab negattiv għall-Covi-19.

Caceres temm jgħid li qed iħossu bniedem ġdid u lest sabiex jerġa’ jibda jitħarreġ bil-mod.

Share With: