Malta fost l-uniċi ħames pajjiżi taż-Żona Ewro b’rata ta’ dejn inqas mill-medja li kellna bejn l-2011 u l-2015

Minn MELVIN FARRUGIA

Malta hi wieħed mill-uniċi ħames pajjiżi taż-Żona Ewro li għandhom rata ta’ dejn inqas mill-medja li kellhom bejn l-2011 u l-2015. Fil-fatt, jidher li Malta ġiet fit-tieni post u qabilha hemm biss l-Irlanda. 

Din l-informazzjoni ġiet ippreżentata mill-analista finanzjarju, Steve Ellul li spjega kif minkejja għexieren ta’ snin ta’ awsterità, kważi l-ekonomiji kollha taż-Żona Ewro se jkollhom jerfgħu piżiijiet akbar ta’ taxxi sal-aħħar tas-sena 2020. 

Hu jispjega li huma biss ħamesa pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għandhom rati ta’ dejn aktar baxxi u fosthom hemm proprju Malta. Fil-fatt, jidher mill-grafika li r-rata tad-dejn naqset bi 15% meta mqabbel mal-perjodu bejn l-2011 u l-2015. 

Ellul qal li dan hu ċertifikat tal-ippjanar ekonomiku b’saħħtu li għamel il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. 

Share With: