“Ix-xewqa tiegħi dejjem kienet li nservi lin-nies” – Ian Castaldi Paris

Filmat: Alan Saliba

Wara li Ian Castaldi Paris ġie kkonfermat elett fil-parlament fl-elezzjoni każwali biex jimtela’ l-post battal minn Chris Cardona, dan is-sit talbu biex jaqsam magħna l-ewwel ħsibijiet.

Huwa qal li x-xewqa tiegħu dejjem kienet li jservi lin-nies u jgħin lil ħaddieħor. Qal li dan huwa siġġu b’responsabbilità kbira.

Huwa tenna jirringrazzja lil dawk kollha li meta għamel l-pass tiegħu fil-Partit Laburista laqgħuh b’idejhom mifrtuħin. Huwa wiegħed li din il-fiduċja li ngħata se jkun qed isarrafa f’ħafna xogħol.

Huwa temm jgħid li hu se jkompli jaħdem biex tinżamm l-għaqda biex jinkisbu riżultati biex ikun jista’ jgawdi l-poplu kollu.

Share With: