airmalta, air malta

Il-piloti lesti jnaqqsu l-paga bin-nofs

L-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-piloti tal-ajru (ALPA) qed toffri li l-bdoti titnaqsilhom 50% tal-paga bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm tkeċċijiet.

Skont l-assoċjazzjoni l-Airmalta kienet se tkeċċi 108 piloti sas-7 ta’ Mejju imma issa nfurmatha li kien se jkollha bżonn 62 bdot flok is-26 li riedet qabel peress li minflok ajruplan jew tnejn qed tippjana li tuża erbgħa jew ħamsa.

Kien f’dawn iċ-ċirkostanzi li hija offriet lil-linja tal-ajru li sakemm il-pajjiż ikun għadu jiffaċċja l-Covid19 il-bdoti tonqsilhom nofs il-paga.

L-ALPA hija l-unika unjin tal-ħaddiema minn erbgħa li m’aċċettatx id-deċiżjoni tal-Airmalta li tnaqqas il-pagi tal-ħaddiema.

Il-GWU u l-Unjin tal-Inġinieri aċċettaw waqt li dik tal-‘cabin crew’ qablet wara li għall-ewwel le.

Share With: