“Il-ħanut li fih qattajt il-biċċa l-kbira ta’ ħajtek mhux se jkun l-istess mingħajrek”; Titħabbar il-mewt ta’ Elia Borg Bonaci

“Il-ħanut li fih qattajt il-biċċa l-kbira ta’ ħajtek mhux se jkun l-istess mingħajrek.” Hekk kitbet Jeanette Pace, neputija tad-dulċier magħruf Elia Borg Bonaci, li l-mewt tiegħu tħabbret fis-sigħat li għaddew.

Elia kien magħruf sew fil-Ħamrun, b’bosta jfakkru l-karattru ferrieħi tiegħu u jiddeskrivuh bħala ġentlom.

Intant il-kumpanija Elia Caterers qalet li Elia kien wieħed mill-pijunieri tagħha li wassal biex kemm il-kafetterija popolari tagħhom fil-Ħamrun u kif ukoll l-istess kumpanija jibqgħu jkunu ta’ suċċess tul is-snin.

“Grazzi Elia, strieħ fis-sliem,” temmet l-istqarrija tal-kumpanija.

Share With: