Il-Gvern jikri r-raba’ vapur għall-immigranti

Wara li s-suldati tal-Forzi Armati salvaw 75 immigrant ieħor il-Gvern kera vapur ieħor biex ikun jista’ jżommhom fuqu.

Barra t-territorju Malti kien hemm diġà tliet vapuri mikrijin mingħand il-Captain Morgan biex l-immigranti jinżammu fuqhom peress li l-portijiet huma magħluqa minħabba l-Covid19.

L-aħħar salvataġġ kien ifisser li m’hemmx biżżejjed spazju fuq it-tliet bastimenti u għalhekk kien hemm bżonn tar-raba’ vapur li ġie mikri mingħand il-kumpanija Supreme Cruises.

B’kollox fuq dan l-erba’ vapuri, li jinsabu fiz-zona magħrufa bħala Hurd’s Bank, hemm 425 immigrant.

Share With: