Il-Gvern jaħtar inkjesta indipendenti biex tinvestiga l-aġir tal-Avukat Charles Mercieca

Il-Ministru għall-Ġustizzja ħatar lill-Prim Imħallef Emeritus Joseph Azzopardi sabiex imexxi inkjesta indipendenti wara li fl-aħħar ġranet kien irrappurtat li l-avukat Charles Mercieca, li kien impjegat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali rriżejna mill-impjieg tiegħu u l-għada tar-riżenja tiegħu beda jiddefendi lin-negozjant Yorgen Fenech, s-suspett mandant fi qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija l-Ministru tal-Ġustizzja qal li qed jagħti lill-Prim Imħallef Emeritu Azzopardi sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ġunju 2020, sabiex jikkonkludi l-inkjesta.

Share With: