Filmat: “Illum il-grazzi tagħna tmur lilkom għas-sens ta’ responsabbilità”

Fl-aħħar ħin l-awtoritajiet tas-saħħa xerrdu filmat li joffri taħlita ta’ ħsibijiet ġejjin minn professjonisti tas-saħħa.

Fil-filmat dawn il-persuni jirringrazzjaw lill-poplu tas-sens ta’ responsabbilità. Qalu li minkejja r-riskju, huma kburin li kienu hemm biex dak li seħħ f’pajjiżi oħra ma seħħx f’pajjiżna.

Huma ħeġġew lill-pubbliku biex iżomm ma’ dak li nkiseb biex Malta tibqa’ ta’ eżempju f’dan il-perjodu tant iebes tal-pandemija.

Share With: