Evita Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan

Inewsmalta tinsab infurmata li Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku minħabba tixrid ta’ żejt.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub isib rotta alternattiva biex ikun jista’ jkompli bil-pjanijiet tiegħu mingħajr ma tinħoloq konġestjoni ta’ traffiku bla bżonn.

Fil-post hemm il-pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li qed jaħdmu biex it-triq tkun tista’ tinfetaħ għan-normal mill-aktar fis.

Share With: