Edwin Vassallo jgħid li n-nies qed jibżgħu jonfqu l-flus

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fl-intervent tiegħu dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-kumpaniji, sostna li minkejja li fetħu l-ħwienet il-bejgħ għadu ma bediex jirranka.

Huwa għamel referenza għal operaturi turistiċi u saħaq li dawn qed jesperjenzaw diffikultajiet f’dan il-mument. Tenna li din hija stampa tad-diffikultajiet li għandna fil-preżent.

“Ejjew inħarsu lejn x’qal il-Bank Ċentrali u dan isaħħaħ dak li qalu l-għaqdiet li jirrappreżentaw in-negozji. Il-Bank Ċentrali qal li s-serħan tal-moħħ qed jonqos fil-kostruzzjoni, fl-industrija u fil-konsumaturi. Il-Bank Ċentrali qed jgħidilna li l-familji tagħna jonfqu inqas meta jsiru pessimisti għall-ġejjieni. Din hi l-problema li qed tpoġġi l-ekonomija bħala vulnerabbli. L-akbar problema li qed niffaċċjaw mhux biss il-biża’ li nfiqu mill-Coronavirus, iżda dak li n-nies jibżgħu jonfqu l-flus għax mhux rashom mistrieħa mid-dħul tagħhom,” huwa temm jgħid.

Share With: