Bdot Kanadiż imut waqt wirja tal-ajru intiża bħala tribut kontra l-Covid-19

Membru tal-ekwipaġġ tat-tim ajrobatiku Snowbirds miet filwaqt li ieħor safa ferut ilbieraħ wara li l-ajruplan tagħhom ġġarraf f’dar fil-British Columbia waqt li kienu qed jagħtu wirja ta’ spettaklu f’tislima għall-isforzi tal-pubbliku kontra l-pandemija tal-coronavirus.

Skont rapporti fil-midja lokali, l-ajruplan iġġarraf fil-parapett ta’ dar ftit wara li telaq mill-ajruport ta’ Kamloops fil-kumpanija ta’ ajruplan ieħor.

Ir-Royal Canadian Air Force intant saħqet li filwaqt li l-membru l-ieħor tal-ekwipaġġ sofra ġrieħi, huwa mhuwiex meqjus li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Share With: