Anzjana bi ġrieħi serji wara li ttajret fil-Ħamrun

Mara Sofriet ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-10:45 a.m fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

Minn investigazzjoni preliminari li saret mill-pulizija rriżulta li l-mara; anzjana ta’ 71 sena mill-istess lokalità, kienet sfat milquta minn vettura ta’ tip LDV Maxus misjuqa minn raġel Sirjan ta’ 21 sena, residenti Ħal Qormi.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed isofri min ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farruġia, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: