Angelo Gafa, Robert Vella u Frankie Sammut qed jissemmew li interessati japplikaw għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija

Angelo Gafa, Robert Vella u Frankie Sammut qed jissemmew li interessati japplikaw għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija Issa li qed toqrob dejjem id-data tal-għeluq tal-applikazzjoni għall-ħatra ta’ Kummissarju talPulizija, fil-kurituri tal-kwartieri ġenerali tal-Pulizija bdew diversi spekulazzjonijiet dwar min hu interess jissottometti n-nomina tiegħu. It-tliet uffiċjali tal-Pulizija li l-aktar qed jissemmew jew li qed jiġu mħeġġa japplikaw għal din il-kariga huma l-Kap eżekuttiv tal-Korp is-sur Angelo Gafa, l-Ispettur Robert Vella li riċentament ġie trasferit fl-uffiċċju tar-riżorsi umani u l-Ispettur Frankie Sammut li ilu għal diversi snin fis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni.

Mhux magħruf jekk sal-lum xi ħadd minn dawn it-tliet uffiċjali issottomettix l-applikazzjoni uffiċjalment, iżda kienu diversi l-Pulizija li qalulna li hemm possibiltà kbira li japplikaw filġranet li ġejjin. Is-sorsi qalulna li hemm xi Assistenti Kummissarji li wkoll qed jikkunsidraw japplikaw, iżda ftit li xejn qed jitkellmu pubblikament dwarha u aktarx jissottomettu lapplikazzjoni fl-aħħar jiem.

Infurmati wkoll li diversi membri tal-Korp qed jinkoraġġixxu eks uffiċjali tal-Pulizija li telqu mill-korp wara li gradwaw fil-liġi bħala avukati u llum qed jipprattikaw il-professjoni legali tagħhom. Is-sorsi qalulna li hemm possibiltà li jkunu aktar minn 5 l-kandidati li jissottomettu l-applikazzjoni għall-kariga ta’ Kummissarju.

Share With: