Żewġ persuni arrestati b’rabta ma’ droga

Żewġ żgħażagħ ta’ 26 sena u residenti Bormla fl-aħħar sigħat kienu arrestati wara li f’operazzjoni mill-Pulizija ta’ Kontra id-Droga assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), iż-żgħażagħ inqabdu b’ammont ta’ droga.

Il-persuni twaqqfu mill-Pulizija waqt li kienu qegħdin f’vettura, f’Bormla stess. Minn tfittxija li saret fil-vettura, l-Pulizija sabu madwar sittin qartas suspettati droga eroina, kif ukoll borża mimlija sustanza suspettata droga cannabis.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ta’ Kontra Droga għadhom għaddejjin.

Share With: