Neville Gafa jixhed fl-inkjesta dwar l-immigranti

Illum hekk kif kompliet l-inkjesta dwar il-kwistjoni tal-immigranti, liema inkjesta qed issir mill-Maġistrat Joe Mifsud. Quddiem il-Maġistrat Mifsud illum xehed Neville Gafa.

L-inkjesta maġisterjali nfetħet wara l-kwerela ppreżentata mill-kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi f’isem l-għaqda Repubblika. 

Wara l-iskwadra marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta bdiet tiġi investigata minn esperti tal-Qorti. Fil-fatt, jirriżulta li dawn l-esperti kienu marru f’’Xatt it-Tiben biex jibdew fl-istħarriġ rigward l-inkjesta maġisterjali li nfetħet fejn is-suldati jinsabu akkużati li qatlu volontarjament lill-immigranti. L-inkjesta qed tinvestiga madwar 45 suldat li huma membri tal-ekwipaġġ tal-Patrol Boat P52 li qed jiġu investigati.

Share With: