L-MV Nikolaos se jieqaf jopera temporanjament mit-Tnejn li ġej

Fi stqarrija maħruġa miIl-kumpanija Gozo Channel (Operations) intqal li minħabba s-sitwazzjoni kkawżata mill-COVID-19 intlaħaq ftehim bejn il-Gozo Channel u s-sidien ta’ MV Nikolaos sabiex dan il-vapur jieqaf jopera temporanjament għal dawn ix-xahrejn li ġejjin, b’effett minn nhar it-Tnejn 27 ta’ April 2020.

Il-kumpanija tenniet tavża li f’dan il-perjodu, l-iskeda se tkun qed tigi operata bit-tliet vapuri fil-flotta tagħha.

Share With: