Ġurnalisti Russi jitolbu li l-editur tagħhom jitneħħa minħabba ċensura

Ġurnalisti Russi li jaħdmu għall-gazzetta Russa Vedomosti, talbu li jitneħħa l-Editur Andrey Shmarov hekk kif qed jallegaw li dan qed jagħmel ċensura favur il-Gvern. Għaldaqstant, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti, flimkien mal-Unjoni Russa tal-Ġurnalisti qegħdin iħeġġu lis-sidien ta’ dan il-gazzetta biex jipproteġu l-indipendenza tal-professjonisti u anke l-libertà tal-istampa. 

Il-Vedomosti hi waħda mill-aktar pubblikazzjonijiet prominenti Russi dwar in-negozju. F’Marzu, din inbigħet lil Konstantin Zyatkov, li jippubblika wkoll il-gazzetta ta’ kull ġimgħa Argumenty i Fskty li hi tal-Gvern Russu u tan-negozjant Alexej Golubovich. Ftit jiem wara kienu ħabbru li xejn ma kien se jinbidel taħt l-editur li tpoġġa. 

Madankollu, il-ġurnalisti qalu li s-sitwazzjoni marret għall-agħar u fit-23 ta’ April kitbu editorjal fejn talbu li jitneħħa Andrey Shmarov minħabba l-isforzi li kien qed jagħmel biex jiċċensura l-artikli u l-informazzjoni. Fost l-oħrajn ġie allegat li neħħa artiklu miktubb mill-ekonomista Konstantin Sonin mill-Università ta’ Chicago u pprojbixxa l-pubblika ta’ informazzjoni dwar stħarriġ rigward l-politiki tar-Russja. 

Il-ġurnalisti qed jibżgħu li din il-gazzetta se tispiċċa midja ieħor ikkontrollata mill-interessi u l-ambizzjonijiet tas-sidien li ma jissemmewx. 

L-unjin Russa tal-Ġurnalisti qalet li hi topponi kull tenattiv li ssir ċensura fuq il-ġurnalisti. Saħqet li se tagħti l-appoġġ kollu lill-ġurnalisti u se tieħu l-miżuri kollha biex tippriserva l-libertà tal-kelma u l-ġurnaliżmu. 

Min-naħa tagħha, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti ħeġġet lis-sidien biex jevitaw li ssir interferenza max-xogħol indipendenti tal-ġurnalisti. 

Share With: