Aktar minn żewġ miljun persuna infettati bil-Covid-19

F’ġimagħtejn biss ġew infettati miljun persuna

Il-pandemija tal-coronavirus issa infettat lil aktar minn żewġ miljun persuna madwar id-dinja kollha. Din iċ-ċifra nqabżet aktar kmieni llum.

Fl-istess esperti jisħqu li din iċ-ċifra fil-verità hija ferm aktar minn hekk, bil-biċċa l-kbira tan-nies li qatt ma għamlu test għall-virus minħabba li s-sintomi li kienu qed juru kien ħfief jew minħabba nuqqas ta’ provvisti mediċi.

Mal-130,000 persuna s’issa mietu kaġun tal-pandemija tal-Covid-19, b’nofshom imutu fil-kontinent Ewropew.

L-Istati Uniti tibqa’ l-aktar pajjiż milqut mill-pandemija, bin-numru tal-persuni infettati issa jiżboq is-600,000 każ. Dan filwaqt li ġew ikkonfermati wkoll kważi 30,000 mewt fil-pajjiż.

Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), madwar xahar ilu n-numru ta’ persuni infettati kien jammonta għal amdwar 153,000 każ, b’din iċ-ċifra tiżdied għal 751,000 każ sal-aħħar ta’ Marzu.

Il-miljun każ intlaħaq nhar it-2 ta’ April li għadda, madankollu din iċ-ċifra nqabżet fi żmien ġimagħtejn.

Il-pandemija wasslet biex biljuni ta’ persuni qed ikunu kostretti jgħixu taħt miżuri drastiċi ta’ lockdown. Fost dawn hemm il-popolazzjoni tal-Indja li tammonta għal 1.3 biljun persuna, u kif ukoll il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tal-Ewropa.

Il-biċċa l-kbira tal-gvernijiet ħadu d-deċiżjoni biex skejjel, ħwienet, ristoranti u attivitajiet sportivi jinħalqu f’iżuri bla preċedent bil-għan li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Saħansitra il-Logħb Olimpiku ġew posposti għall-ewwel darba sa mit-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-kriżi wasslet ukoll għal staġnar ekonomiku, bil-gvernijiet iwiegħdu biljuni f’għajnuna bil-għan li jsalvaw kemm jistgħu ipjiegi.

Bosta kienu dawk il-pajjiżi li kienu qed jiffaċċjaw nuqqas fit-tagħmir protettiv, b’tobba u professjonisti fil-qasam mediku jitħallew esposti għall-virus.

Share With: