Se jibdew jiġu rrikonoxxuti unjonijiet ċivili barranin

10:30  |  20.06.2014

Permezz ta' avviż legali mxandar fil-Gazzetta tal-Gvern, il-Gvern illum mistenni jippubblika regolamenti li se jagħmluha possibbli li jiġu rrikonoxxuti f'Malta rabtiet ċivili li saru jew se jsiru bejn koppji f'pajjiż ieħor, u li jkunu ekwivalenti għall-unjonijiet ċivili kif definiti fil-liġi Maltija.

Sorsi qalu lil dan il-ġurnal li r-'Regolamenti tal-2014 dwar Unjonijiet ta’ Stat Ekwivalenti għall-Unjonijiet Ċivili' se jkunu jinkludu skeda b'lista ta' dawk ir-rabtiet ċivili f'pajjiżi barranin li, fil-fehma tal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, huma unjonijiet ta’ stat ekwivalenti għall-unjonijiet ċivili kif previst fl-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili ta' Malta.

Biex koppja jkollha r-rabta ċivili li saret f'pajjiż ieħor irrikonoxxuta f'Malta, tkun trid tippreżenta lir-Reġistru Pubbliku ċ-ċertifikat tal-unjoni ċivili legalizzat maħruġ mill-awtorità tal-istat ċivili kompetenti tal-pajjiż fejn tkun saret dik l-unjoni ċivili. Miegħu tkun trid tinġieb ittra maħruġa mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Espatrijati ta’ Malta jew inkella minn ambaxxata Maltija barra minn Malta, li tkun tafferma li ċ-ċittadin ikun fil-fatt ċittadin ta’ Malta.

kummenti
3
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Alla ghad ihallaskom

   Fri 20-Jun-2014, 18:38

Tridu teqirdu l-gens u l-kultura Maltija, imma Alla ghad ihallas lilkom u lill-uliedkom tal-hsara li qed taghmlulna.

Mark ll

   Fri 20-Jun-2014, 10:50

@avantgarde

il-pl minn dejjem kien ihares l'quddiem u avventuruz ghalkemm bsaten fir-roti u tfixkil sab dejjem minn kull naha!!

imhatra se johorgu jghidu n-nazzi li din ukoll kienet fi hsiebhom imma ma lahqux ghamluha ghax kellhom wisq xoghol itqal u ma waslux!!!

Home delivery

   Fri 20-Jun-2014, 10:35

Mela qed titilfu raskom jew?
Biex imbghad jibdew jixxalaw minn fuqna bil-beneficcji socjali?
Mela sewwa jghidu li Alla qabel jiehdok igennek?