L-ewwel unjoni ċivili se ssir f’Għawdex

09:16  |  08.06.2014

L-ewwel unjoni ċivili f’pajjiżna minn koppja LGTBI se ssir f’Għawdex nhar il-Ġimgħa li ġej, 13 ta’ Ġunju. Sa issa din hija l-uniku applikazzjoni għal unjoni ċivili li saret fil-gżira Għawdxija. 

Min-naħa l-oħra, f’Malta kien hemm ħames applikazzjonijiet għal unjoni ċivili. L-ewwel unjoni ċivili f’Malta se ssir nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju. 

Dan it-tagħrif ingħata lill-ġurnal "Torċa" mill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. 

Id-dritt tal-unjoni ċivili kien waħda mill-wegħdi tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013. Dan id-dritt iddaħħal fis-seħħ nhar l-14 ta’ April li għadda wara vot fil-Parlament. 

Filwaqt li n-naħa tal-Gvern kienet ivvutat favur li jiddaħħal dan id-dritt ċivili f’pajjiżna, in-naħa tal-Oppożizzjoni kienet astjeniet. Ir-raġuni għaliex l-Oppożizzjoni ħadet din il-pożizzjoni kienet għaliex fil-liġi tal-unjoni kien hemm inkluż ukoll id-dritt tal-adozzjonijiet. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien qal li l-Oppożizzjoni għandha r-riservi tagħha dwar l-adozzjonijiet, l-istess kif kellhom 80% tal-poplu Malti u Għawdxi skont sondaġġi li dehru fil-ġurnali.

Wara li kien ittieħed il-vot, il-Prim Ministru kien indirizza l-folla li nġabret fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru kien qal li, “llum għażilna li mill-passat immorru għall-futur. Jekk hemm 80% li huma kontra din il-liġi jien kburi li nagħmel parti mill-20%. Inħeġġeġ biex inkomplu naħdmu flimkien għax li qed nagħmlu qed nagħmluh għall-maġġoranza li għad trid tiġi u tagħraf it-tgawdija ta’ dawn id-drittijiet il-ġodda. Stednuna meta tieħdu l-unjoni ċivili. Irrid inkun ċert li t-tfal tiegħi jgħixu f’pajjiż tal-ugwaljanza,” kien sostna l-Prim Ministru fi Pjazza San Ġorġ.

Bil-ħidma li saret mill-Gvern f’dan il-qasam, Malta kienet l-aktar pajjiż fl-Ewropa li għamel avvanz f’dak li għandu x’jaqsam ma’ drittijiet għal persuni LGBTI.

Waqt il-konferenza IDAHO li ġiet organizzata f’Mejju li għadda bejn Malta u l-Iżvezja, sar magħruf li Malta rreġistrat progress ta’ 22% fid-drittijiet għall-persuni LGBTI, segwita minn Montenegro. 

 

 

kummenti
8
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Charles Bayliss

   Wed 11-Jun-2014, 14:55

Jien u l-partner tieghi nistennew bil-herqa jasal Novembru biex nezergitaw dritt fundamentali li hadna biss permezz tal-Gvern tal-PL. Dan se naghmluh wara 10 snin flimkien. Grazzi Joseph u grazzi PL.

Marco

   Mon 09-Jun-2014, 14:43

ma ghandi xejn kontra l-gays, u naqbel li jizzewgu IMMA !!!!! x'imma ?! jew taqbel jew ma taqbilx ! jew taqble li jghixu bhala koppja mizzewga bid-drittijiet li jgib mieghu zwieg jew XEJN !!! ili 26yrs gays (mindu twelidt) drittijiet daqs haddiehor qatt ma kellix, imma safrattant sehmi bhala cittadin dejjem hallastu daqs haddiehor !!! u it-tfal jigu bullied minhabba l-injoranza tal-kbar igifieri l-ewwel rabbu lil uliedkom sew qabel ma tiggudikaw jekk koppja gay tadottax ! HADD QATT ma gab provi li omm u missier huma il-familja perfetta.....safrattant xeba tfal maqtulin u mahqurin OMM u MISSIER ghandhom !

da du

   Mon 09-Jun-2014, 00:24

jin naqbel li kopja gay jizewgu naqbel ax nemen la jkunu jinhabbu alxix le.li jadotaw ma naqbel xej.ilum kopja mifrudin u jkolom perents day liskola jew ecc ax tatendendi lom wehida jew misir wahdu ukol ihossu tfal plus li gieli jigu majrin min tfal ohra.u min ahna bix tarbija inocenti ha nibatuwa ma kopja gay min jaf tacettahix di tarbiha meta tikber.jin mux ha ndahal politka pero simon ma qalx hazin fuq ladotazjoni kien jehtieg li jitkelmu iktar fuqa mux qabdu u accetaw minajr ma jafu konsegwenzi xjista jigri.dejem opinjoni tiji sewwa

ciri biri bin

   Sun 08-Jun-2014, 16:47

......@'..ciri biri bin.....dak li ktibt int bi dritt, ghal darba darbtejn tlieta qrajtu u assolutament mhux b'disprett qieghed nighdlek, ma wasalt biex nifhem xejn. Jekk trid iccara ruhek ahjar ,naccertak li naqra dak li tknu ktibt u jekk ikun hemm bzonn nerga nirrispondik. Haga ta l-ahhar, nahseb li hadd ma jixtieq li xi hadd min uliedu jaghddi min dik l-esperjenza. Naccertak li jien zgur kieku li ma nabbandunahx.

@ ciri biri bin

   Sun 08-Jun-2014, 14:20

Anke jien immur fej immurn ara ragel u mara flimkien.. Imma jien ma narax l irgiel KOLLHA ma mara, u qas nara n-nisa KOLLHA ma ragel... Mela sinjal li int tikkalkula biss mara ma ragel u vice versa... Anke annimali, jien nara kelb ma kelba, imma ma jfirrix li kelb li nara wahdu ghandu jkun mara wkoll... Jien il-kelb li kelli gibnielu xi 4 nisa biex namruh... Qatt ma ried jaf u qatt ma tammar... Allura forsi kien gay ma nafx...

Ghawdxi PUR

   Sun 08-Jun-2014, 12:41

Li kulhadd ikollu l-liberta li jghix kif irid, hija l-ahjar haga li jista ikollu bniedem. Imma l-affarijiet kontra n-natura, ghalkemm forsi jistghu ikunu gustifikati, jibqghu kontra n-natura. J'Alla kull min jghamel pass ikun jaf sew x'qed jghamel, u jimxi dejjem skont il-kuxjenza tieghu. Ma nistghux nikkundannaw lil had. Awguri lil min ser jghamel dan il-pass u nawguralhom zmien hieni flimkien.

Ghawdex progressiv

   Sun 08-Jun-2014, 12:10

Illum il-gurnata Ghawdex sar progressiv u mhux dominat mill-fundamentalizmu. L-ewwel unjoni civili - dik il-ligi li sajmin ma riedx jivvota favuriha - se ssir Ghawdex. Il-progessivi Ghawdxin issa kollha mal-PL waqt li sajmin jibqa'jinghi ghax m'ghandux kedibilta'.

ciri biri bin

   Sun 08-Jun-2014, 10:25

@@@..filwqat li nammetti li kullhadd ghamdu dritt jighx hajtu kif irid hu dment li ma jaghmel hsara lill hadd, pero jien inhossni irrid nibki meta nara affarijiet bhal dawn isehhu min bnedmin. Sa fejn naf jien anke annimal jew insett ,ragel ifittex mara .Matul hajti rajt diversi films u fejn rajna xeni ta mhabba, dejjem inwerejna annimal ragel ifittex annimal mara. Ghandi drit ghal l-opinjoni tighi u hadd mhu ser icahhadni minnha.