Il-katavru li nstab fil-Mellieħa kellu daqqa f'qalbu

09:32  |  21.10.2013

Il-katavru li nhar il-Ġimgħa nstab mirdum fl-Aħrax tal-Mellieħa kellu daqqa ta' xi oġġett bil-ponta f'qalbu. Dan ikkonfermawh testijiet xjentifiċi fl-aħħar sigħat. 

Il-katavru għadu mhux identifikat, u bħalissa għadhom qegħdin isiru aktar testijiet xjentifiċi fuq il-katavru. Viċin ħafna ta' fejn instab il-katavru, nstabet il-karozza ta' Pawlu Grech, raġel li kien ilu rrapurtat nieqes mill-10 ta' Ottubru.

Il-katavru nstab f'ħofra dejqa u fonda, mogħtti bil-ġebel u boroż suwed taż-żibel mimlija jablò.

Dwar dan il-każ li qiegħed jitqies li issa m'hemm l-ebda dubju li hu omiċidju l-pulizija qiegħda żżomm raġel Russu biex jgħinha fl-istħarriġ hekk kif is-suspetti ovvji huma li dan huwa l-katavru ta' Pawlu Grech. 

kummenti
0
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment