Il-Pulizija mitluba tieħu passi kriminali kontra Austin Gatt

13:16  |  21.02.2013

Tliet kandidati tal-PL qed jitolbu lill-Pulizija biex tieħu passi kriminali fil-konfront tal-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjni Austin Gatt b’rabta mal-allegazzjoni li għamel fil-konfront tagħhom.

Evarist Bartolo u l-Avukati Manuel Mallia u David Farrugia Sacco ippreżentaw kwerela fl-Għassa tal-Ħamrun fejn talbu lill-Pulizija tipproċedi kontra Gatt dwar il-konferenza tal-aħbarijiet li huwa ta nhar is-Sibt 16 ta’ Frar, bejn is-2.00 p.m. u s-6.00 p.m., għax ħassewhom inġurjati b’dak li qalu.

Austin Gatt qal li fuqu sar ‘frame-up’ u s-suspetti ewlieni tiegħu huwa l-PL.  Huwa sostna li l-email li ħarġet fuq Facebook u li tagħha The Times ħadet kopja ttellgħet mill-paġna ta’ Evarist Bartolo.

Waqt li semma li l-Avukat David Farrugia Sacco kien l-avukat tal-aħwa Farrugia fil-każ li dawn kellhom kontra ħuhom George, li ngħata maħfra presidenzjali mill-Gvern Nazzjonalista, Gatt semma wkoll lill-Avukat Manuel Mallia u qal li dan kien l-avukat tal-istess aħwa Farrugia meta kien saru l-‘audit’ tal-kompjuter ta’ George Farrugia

Sadanittant, f’reazjoni għal dak li qal Gatt, l-Avukat David Farrugia Sacco qal li huwa jaf min għamel l-‘audit’ u l-konklużjoni tagħha u semma li dan sar għax flus li kellhom jidħlu għand kumpanija spiċċaw daħlu għand oħra.

Ritratt: Roger Azzopardi 
kummenti
1
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Saviour Vella

   Thu 21-Feb-2013, 14:08

Sewwa. Hekk ghandu jsir ukoll kontra P. Borg Olivier. Meta Dr T. Abela jew xi haddiehor se jiehu passi kontra P. Borg Olivier fuq l-allegazzjoni li ghamel l-ex Sindku N. Dimech meta dan allega li PBO kien cempillu biex jaghti l-kuntratt tal-iskart lill-kumpanijatal-GRTU GreenMT? X'hemm li qed izomm li ma jittiehdux passi? Qed ighid tant fuq il-kwestjoni tar-recording, allura bicca bhal din lanqas biss tissemma?