Battalja għall-‘kannoli bla krema’

16:57  |  11.02.2013

Ħafna jirreferu għalihom bħala ‘kannoli bla krema.’ Żgħażagħa ta’ 16 u 17-il sena li minkejja l-interess li jista’ jkollhom fil-politika ma jivvotawx. Ovvjament, għax m’għandhomx id-dritt tal-vot, li sal-lum jiġi mat-18-il sena.

Ftit tal-ġimgħat ilu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat żar il-Junior College u l-laqgħa li ngħata kienet waħda kbira. Lanqas kien laħaq ħareġ mill-bini tal-Junior College li l-facebook ma kienx mimli b’ritratti u filmati ta’ dan l-avveniment.

M’għandniex xi ngħidu, man-nazzjonalisti, li mdorrijin bl-għajta tal-istudenti warajhom din il-merħba xejn ma niżlet tajjeb. Għalhekk ħejjew biex illum Lawrence Gonzi wkoll jingħata laqgħa kbira. Kif fil-fatt ġara. Hekk kif fit-taraġ tal-Junior College dwiet l-għajta “Nazzjonalisti, Nazzjonalisti” u “Il-PN se jkun fil-gvern.”

Sodisfatti kienu l-istudenti u l-attivisti, fosthom kandidati għall-elezzjonijiet lokali, li fl-aħħar jiem permezz ta’ grupp magħluq fuq facebook imbuttaw kemm felħu biex dan iseħħ.

L-appelli bdew min-nhar is-Sibt u l-messaġġ kien ċar. “Nhar it-Tnejn ħa nagħtuh merħba xierqa ħalli ħadd ma jaħseb li l-JC fortizza laburista… fortizza żo**,” qalu nhar is-Sibt.

Żied xi ħadd ieħor: “Bħala żgħażagħ PN ma nistgħux naqgħu għaċ-ċajt u nagħtu impressjoni li JC hemm minoranza PN. Ejja min hemm! Thanks.”

Kollox mexa ħarir u l-Prim Ministru ffirma biżibilju ta’ manifesti elettorali bħal ma Joseph Muscat iffirma għexieren ta’ kotba mill-ktieb li nkiteb dwaru.

Issa, nhar l-Erbgħa hemm id-dibattitu l-Università. Nittamaw li jkun ċivili iktar minn dak ta’ ħames snin ilu.

kummenti
46
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Hmmm

   Thu 14-Feb-2013, 16:55

@ Please

I believe you misunderstood me, sir. I was chiding iNews for printing this "story". Students might remember that this story was printed in iNews and not vote Labour - and this, when Joseph Muscat promised a vote for 16 year olds. I never implied that JM used those words. The bottom line is for iNews not to antagonise 16 year olds even if they are Nationalist voters because that is not good strategy in the long run. If you want their vote, pamper them, especially if they are on the opposite side. I hope this explains better what I had on my mind.

please

   Tue 12-Feb-2013, 19:31

@Hmm: Please learn to make a distinction between the author and the future prime minister. So what if they remember that an author called them like that? That is a phrase in Maltese, which is used a lot and it certainly wasn't the future prime minister who used it (whoever he will be)

lol

   Tue 12-Feb-2013, 11:54

LOL ghal kull min haseb li l gazzetta indipendenti qed tghid kannol bla krema lil dan il persuna , suppost kandidat tal SDM li ghandu juru certa maturita' fejn jidhlu dal affarjiet. msomma some things never change

Bormliz

   Tue 12-Feb-2013, 08:32

Kemm inbidlu z-zminijiet. Kemm kienu jajruna lil tal- PL li ahna baxxi u hamalli, jidher bic-car min hu l-hamallu u baxx fi zminijiet tal-ilum. Lil dan l-istudent nghidlu li nhossni ferhan ghalih ghax ser ikun qieghed jiehu z-zieda ta' l-gholi tal-hajja u mhux jitnaqqarlu l-istupendju. (N.B. Il-Persuna li dan l-istudent kien sejjer jilqa', nghidlu li dak kien il-bniedem li ftit tal jiem ilu sahaq u ametta li kienu hu li naqqas l-istupendji). Minn barra dan kollhu nixtieq inserrahlu rasu li meta ser ikun qieghed jigradwa ser ikun qieghed jimpjega ruhu fix-xoghol li jixraqlu u li jkun studja ghalih. Dan jista' jsir biss jekk ikun tmexxija kontabli, bilghaqal, meritokratika u l-boghod minn kull tip ta' korruzzjoni. Ahna ma jinteressanix f'wicc ghandek u iben min int, jew ser tivvota, inghaqad maghna ghax tista' tahdem maghna ghaliex Malta hija tieghek, tieghi.. ghaliex Malta hija taghna lkoll.

Joe Buhagiar

   Tue 12-Feb-2013, 07:19

Dan x'gurnalizmu hu? Fiex waqa l-gurnal issa. Din ahbar? Ara veru ma fadalx gurnalisti sura ta' hawn Malta, bhal fi zmien il-gurnalizmu ta' l-imghoddi b'ahbarijet ta' veru. U x'qal hazin daz-zghazugh? Bhal qalu zghazagh ohra bhalu ghal- Joseph Muscat fuq il-facebook taghhom. Kemm sirna dojoq issa?

Sodisfatt

   Mon 11-Feb-2013, 21:55


FEHMUNI FEJN DAK MIKTUB IRREDIKOLA Z ZJARA TAL LUM. Anzi rikonoxxa li lisforzi tal SDM hadmu u lprim Ministru nghata lmerhba li tixraqlu,

Tghamlux lizball li kien jghamel il pl, lintahsbu li kulhadd jattakkana u Dan ghax jidher li qeghdin minn taht

Well done inewsmalta

John

   Mon 11-Feb-2013, 21:29

Jekk il-gurnalist, kif jidher fl-artiklu, hu cert li iz-zghazugh huwa taht l-eta` u din il-post kienet fuq grupp sigrit (kif qieghed jinghad).. nista nkun naf kemm din is-site hi professjonali? apparti milli tajjar in-nies 'kannoli bla krema', inews ogobha tippublika isem ta bniedem li kienet certa li huwa taht l-eta`. Proset e! aggibtuni bil-professjonalita.

Barra min hekk dan it-tifel, ma jidher li ma qal xejn hazin, kull ma ried,b certu ton ta entuzjazmu, jimotiva il-shabu sabiex jaghtu support lil-prim ministru. il-kelma zo** li qedin tistaghgbu minna, ijja kelma li issiba anke fid-dizzjunarju Malti. Qas li kien hemm xi tghajjir personali jew dagha!

JC

   Mon 11-Feb-2013, 20:53

Is this supposed to be an unbiased news web site? If that is the case you must know that you are failing miserably at keeping things impartial.

melchior caruana

   Mon 11-Feb-2013, 20:50

dan xi njorant bhat-tifel tas sahhara tal-bidnija?

MAROZZ

   Mon 11-Feb-2013, 20:21

Kemm ser tghamlu ghageb ja qabda GHOGIBA veru li dan Andreas forsi ghalaq it 18 il sena u ser jivvota imma 3/4 minkom bhal ma qal dan in network INTOM KANNOLL BLA CREMA

Injoranza Grassa

   Mon 11-Feb-2013, 20:10

Jigifieri ma fih xej hazin dal-artiklu meta jghid u jfahhar iz-zjara li ghamel JM u issa artiklu shih jirridikola l-azzjonijiet li ghamlu llum.. Tajjeb.ara vera gas down gol-hajt!

john

   Mon 11-Feb-2013, 19:15

website 'indipendenti' qadet taqa fdawn il bassezji u turi printscreen ta guvni (li andu vot) ax qal kelma li sa fejn naf jien qeda god dizzjunarju malti?

Bob D Builder

   Mon 11-Feb-2013, 19:11

Nispera li dawn jafu li ridu nhallsu €6,000,000,000 dejn li ha jhalli warajh GonziPN?

Student

   Mon 11-Feb-2013, 19:11

Ma nistax nifhem kif certu nies kapaci jaqghu f'dan il-livell, insew il-passat u l-kuluri, u nimxu flimkien ghal malta maghquda flok tippruvaw tikkompetu min ghandu l-aktar nies, u min jaghtih l-isbah merhba !! Ikollna futur fis-sod jekk Malta tkun taghna lkoll l-ahwa

JC

   Mon 11-Feb-2013, 19:03

L-artiklu ma fih xejn hazin.

Ghalija johrog is-sabih tal-importanza li taw liz-zewg partiti lil JC.

Nahseb hawn min hu mahruq ghax l-iscreen shot turi kliem baxx ecc

ma nahsibx li hemm ghalfejn. mhux hekk nitkellmu bejnietna .... u btw jien laburist u

Tafu taqraw?

   Mon 11-Feb-2013, 19:01

Gheziez Studenti,

Tafu taqraw. Fejn l-artiklu jirreferi ghall-persuna partikolari li hi bla vot? Jitkellem fuq il-kuncett generali tal-Junior College u l-importanza li nghata miz-zewg partiti. Sahansitra rikonoxxa li rnexxejtu fil-laqgha lil Gonzi. So?

Nahseb inthom lanqas kapaci tanalizzaw artiklu.

Kevin Zammit

   Mon 11-Feb-2013, 18:49

Nisperaw li fid-dibattitu li ha jsir din is-sena l-Universita ikun dibattitu civili u serju u mhux bhal ma gara 5 snin iehor fejn spikka t-tghajjir fil konfront ta Alfred Sant fuq il-marda kiefra tal-cancer. Hemm spikkat l-immaturita ta l-istudenti Universitarji. Ridt l-art tiblani x'hin rajt dawk l-affarijiet minn nies li jriduha ta ceru klassi fis-socjeta. L-anqas it-tfal iz-zghar ma jaghjru lil xi hadd bil-mard li jkollu ahseb u ara.
MALTA TAGHNA LKOLL. Ghalhekk kien hemm nies li laqghu lil Joseph Muscat b tant hegga l-JC.

David

   Mon 11-Feb-2013, 18:48

Biased bhas-soltu...

Lenti

   Mon 11-Feb-2013, 18:46

Jien nemmen li jekk int tikteb fuq facebook tikteb b'mod matur pero ma nahsibx li b'dak il-kliem baxx juri li din il-persuna hija matura. Nippretendi li zaghzugh li jattendi JC huwa isstruit u edukat bizzejjed. Ghadkom zghazagh miskom tfittxu dak li jghaqqadkom u mhux li jifridkom

Julian

   Mon 11-Feb-2013, 18:35

Ghall min ma jafx dan il post gie mehud minn grupp iddedikat ghan nazzjoanlistit ta jc. Ija ahna l istudenti capcapnilu l gonzi ghax hu zammilna l edukazzjoni b sahhitha mhux bhal labour li baghtu lin nies jiddejnu....

rajin

   Mon 11-Feb-2013, 18:33

Lil dawk l-istudenti li kitbu il-kummenti hawnhekk specjalment "marc". JIena bhalkom gejt induttrinat sal-mudullun minn genituri,zijiet etc nazzjonalisti. Illum ghalhekk ma nivvotax aktar lil-pn ghax gonzi u shabu dak li jridu, ifred u saltan....lingwagg bhal ma uza Marc....."100 ruh li laqaw lil muscat" xejn hlief mentalita baxxa, miskina u tribali li almenu lili qallatni.

Rosy

   Mon 11-Feb-2013, 18:27

Dawn l-hekk imsejjha kannoli bla krema jistghu jsiru kannoli bil-krema bi Gvern gdid Laburista hekk kif Joseph Muscat ippropona li zghazagh ta' 16-il sena ikollhom id-dritt li jivvutaw!

painintheass

   Mon 11-Feb-2013, 18:26

allahares ikolna noqod hekk fuq kull haga li jghidu konta il pn/jew il pl...miskom tisthu tattakaw persuna hekk stajtu almenu attejtu wiccu...jien ma nafux imma mhux sew dawn laffrijiet + li ghandu vot mid dera...

Rajin

   Mon 11-Feb-2013, 18:25

Naf li Joseph Muscat mhux qieghed jistenni lili biex intih pariri pero nghidlu biex joqghod attent ghad-dibattitu ta din il-gimgha l-universita. L-ostilita li ser jorganizzaw l-istudenti DEMOKRISTJANI bhal ma jigri dejjem ser tkun wahda kbira u zgur li dik ta din il-gimgha ser tkun wahda minn dawk l-avvenimenti li tal-PN ser jkunu qieghed jiddependu hafna u hafna fuqa biex jiksbu xi punt jew tnejn.

Marku

   Mon 11-Feb-2013, 18:19

Gheziez inews l-indipendenti, normalment xoghol gurnalist hu li jivverifika qabel jikteb ... Andreas GHANDU vot ghax ghandu 18!

Beltijaxoxo

   Mon 11-Feb-2013, 18:18

Misskom tisthu li 1. hadtu printscreen minn facebook ta' xi hadt.. 2. Bhas-soltu r-ricerka taghkom HI ZBALJATA ghax l-persuna indikata hemm fuq ghanda l-vot 3. Jien nghidilhom PROSIT tal-mod ta' kif laqaw lil bniedem li qed jifthilhom il-bibien ghal FUTUR FIS-SOD u jtihom l-ISTIPENDJI kull XAHAR. <3 PN! issa dan il-kumment hu imparzjali daqs dan l-artiklu! LOOOOOLLL HAHAHAHAH!

MAROZZ

   Mon 11-Feb-2013, 18:04

@Guzeppe xejn ma naqbel mieghek id dibattitu li kien hemm 5 snien ilu xejn ma kien civili Insejt Omm u Binha biex ma noqodx insemmi ismijiet kemm kellmuh hazin lil Dr Alfred Sant imma xgara illum ma kull min titkellem kullhadd ghidlek li Dr Alfred Sant kellu ragun ghax dak li qal Hu gara u ma kienx qied JIGDEB bhal haddiehor

X' Tahseb?

   Mon 11-Feb-2013, 17:53

@Claudio Cilia - if it is on facebook, and it is public, then it is public... the poor kid should learn to use the private feature or share his status to his close friends... rather than public or to all of his facebook acquaintances..

John

   Mon 11-Feb-2013, 17:50

Lanqas biss andu vojt jahasra dob 27 March 1994... tajjeb li jippartecipa .. imma mux brainwashjat !!!

luke

   Mon 11-Feb-2013, 17:47

Biased

NA

   Mon 11-Feb-2013, 17:28

What is public on facebook, is public for a reason ;)

venator

   Mon 11-Feb-2013, 17:28

Claudio Cilia,

int qatt dhalt fil-blogg tas-Sinjura Caruana Galizia halli tara kemm hu "nice"?

marc

   Mon 11-Feb-2013, 17:23

possibli waqajtu daqshekk baxx????
Min tefa dik il post mhuwiex kannol bla krema u kull meta mar gonzi jc dejjem bil kbir laqawh...meta mar jm xi 100 ruh laqawh!!!!
Int ghid tispera li ikun iktar civili....kif tipretendu lil istudenti jirrisspetawkom meta intom hx*jtulhom karriera meta baghatuhom jiddejnu!!!!!!!

Jake Mizzi

   Mon 11-Feb-2013, 17:21

Wiehed mill-iktar artikli "biased" li qatt qrajt. Apparti min hekk l-istudent li qed tikkwotaw hawn fuq m'huwiex kannol bla krema ghax ghandu 18-il sena.

Anon

   Mon 11-Feb-2013, 17:17

Exactly, Lawrence Gonzi deserved the greetings required and in the comment , Andreas was only spreading the word of Dr.Gonzi's visit. There's no need to stay printscreening from on facebook on a news site !

jien

   Mon 11-Feb-2013, 17:16

Hamalgni. Ma jafux li bla lehen dawn? Alxejn tajtu ja qatta wriezaq. Bla lehen intom. Oqodu hemm indannaw

CC

   Mon 11-Feb-2013, 17:15

Sewwa ghamlulu , dan x'jahseb li hu ! Qieghed juri kemm hu student edukat ! Dik hi id-differenza bejn iz-zewg partiti. PL li huwa partit ta l-ghaqda u PN jistiga il-mibgheda !

joseph saliba

   Mon 11-Feb-2013, 17:15

ahseb u ara min jiehu il-commission minn fuq il-familji maltin biex jixtri iz-zejt kemm hu izbah. dawn shabna il-maltin tal-pn iridu jitaghllmu li ahna maltin ilkoll u bhall ma jaghtu merhba lil kap ta partit iridu jaghmlu l-istess ma l-iehor ghax ahna lkoll maltin u malta taghna lkoll ejja ma nibqghux boloh

Marco Galea

   Mon 11-Feb-2013, 17:14

Ma nafx ghala das-sit INDIPENDENTI qabzitlu u ma kitibx artiklu mal-ewwel zjara ta' Gonzi meta studenti tal-ghaqda INDIPENDENTI Pulse intefghu fuq it-tarag tal-JC bhala protesta!

Robert Baratheon

   Mon 11-Feb-2013, 17:13

Irid ikun hemm certu limitu fuq xiex Inews jitfa l-materjal. Personalment kont nahseb li Inews site serja, mid-dehra kelli zball.

Guzeppe

   Mon 11-Feb-2013, 17:09

5 snin ili d dibattitu fl universita kien civili. L istudenti urew bic car d demokrazija ta pajjizna. Bhalma capcpu n nazzjonalisti capcpu ukoll l laburisti u bhalma bbuwjaw n nazzjonalisti ibbuwjaw ukoll l laburisti. Dak hu s sabih tad demokrazzija li kulhadd ghandu l liberta minghajr biza. Dan l fuss kollha li nqala 5 snin ilu ghax kien hemm maggoranza ta nazzjonalisti? Iktar tal biza mic capcip u bbuwjar ta studenti miz zewg nahat kinet li politikanti fuq l media jghajjru lil istudenti hamalli!! Ahjar ssemmu kollox fl artikli taghkom milli dak li jaqblilkom biss

Gabriella Farrugia

   Mon 11-Feb-2013, 17:08

Din ill-mentalita qed titfa lil PN dejjem aktar lura ma kull gurnata li tghaddi. Il-mentalita li 'ejjew nimbuttaw halli ma nkunux minoranza, fortizzza u mhux fortizza' ghandha tkun ezawrita. Joseph Muscat qieghed jishaq dejjem fuq l-ghaqda tal-poplu mentri xi hadd iehor mid-dehra mohhu biex ibezza, jifred u johloq polemiki zejda. Hbieb ejjew naghrfu lkoll flimkien din id-differenza. MALTA TAGHNA LKOLL

Jon Mifsud

   Mon 11-Feb-2013, 17:07

@ Claudio Cilia

Mur ghidha lil DCG Claudio. Almenu dan l-artiklu feher u diventi, anke mill-mod kif inhu miktub. F'sens anke jirikonoxxi l-laqgha li nghata gonzi.

mhux bhal min jaqbad affarijiet personali biex ikisser in-nies

Ganni Borg

   Mon 11-Feb-2013, 17:06

Kull ma hemm fuq facebook huwa pubbliku. Min ma jridx kummenti ma jiktibx hemm

Hmmm

   Mon 11-Feb-2013, 17:05

@iNews

That's not nice calling them "kannolli bla krema". It's not wise either, seeing that Joseph Muscat promised them a vote at 16. What if they remember what you're saying about them ?

Claudio Cilia

   Mon 11-Feb-2013, 17:02

I don't think it's nice and fair to capture a part from someone's Facebook and do an article about it. Whats on Facebook should be left on Facebook