Taħriġ għal min jixtieq isib xogħol jew jixtieq xogħol aħjar

14:58  |  30.01.2013

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina u ċ-Chairperson tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, Sandra Sladden dalgħodu nedew il-programm “Enhancing Employability Through Training” li permezz tiegħu aktar minn 8,000 persuna se jingħataw l-opportunità ta’ taħriġ li jgħinhom isibu mpjieg jew itejjbu l-impjieg tagħhom, permezz ta’ programm li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ se tagħmel b’fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea. Dan il-programm se jiswa madwar €3.5 miljun.

Fi stqarrija ntqal li l-Programm “Enhancing Employability Through Training” għandu jkompli jgħin biex il-pajjiż jibqa’ jkollu ħaddiema mħarrġa u kapaċi jaħtfu l-opportunitajiet ta’ mpjieg li rridu nkomplu noħolqu fis-snin li ġejjin.

Meta kienet qed tniedi l-programm il-Ministru Dolores Cristina qalet li l-Gvern dejjem għamel għażliet responsabbli għax jagħraf li biex pajjiżna jegħleb il-maltemp ekonomiku, hemm bżonn ta’ politika soda li tħares b’kontinwità lejn it-taħriġ, l-investiment, il-ħolqien tax-xogħol, il-flessibilità fuq il-post tax-xogħol u s-sostenibilità fix-xogħol. 

kummenti
3
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Emanuel Farrugia

   Wed 30-Jan-2013, 21:33

Meta wiehed jara titli bhal dawn "Enhancing Employability Through Training", wiehed mall-ewwel jinduna illi meta persuna tkun qeghda tfittex xoghol u tmur thabbat l-ETC, hemm hekk tara n-nuqqas ta' direzzjoni u nformazzjoni illi tiftahar bih jew ahjar li toffri l-ETC. Tajjeb li wiehed jghid, illi l-ETC hija klikka ohra ta' GONZIPN u naf sew x'qieghed nghid, ghax jien 'l hobz minn halqi nieklu.

Emanuel Farrugia former Executive Secretary Mtarfa Local Council

Thorny

   Wed 30-Jan-2013, 19:26

Ha tghid lit-tifel taghha wkoll u lir-ragel tat-tifla????

vox popolo

   Wed 30-Jan-2013, 17:29

Meta din il-Ministru Dolores Cristina sa' tirtira mill-pulitika?
X'gid rajna minna din il-Ministru? jekk m'iniex sejjer zball m'intiex hierga ghall-elezzjoni, grazzja kbira!!!
qabel tirtira, ghamel paci mal-kaxxa ta' Malta,flimkien ma Austin Gatt, tinsiex il-91 elf ewro li hadt bejn 2008/2010 b'zieda ta' l-onorarja!!!