Jagħlqu n-nomini u għandna l-ewwel kunsill elett

21:42  |  30.01.2013

Illejla għalqu n-nomini għall-kandidati tal-elezzjoni ġenerali u dawk tal-kunsill lokali, u sagħtejn wara li għalqu dawn in-nomini nistgħu ngħidu li għandna l-ewwel kunsill lokali elett. Dan għax fuq il-lokalità tal-Imdina kien hemm nomini daqskemm iridu jkunu eletti kandidati. B’hekk dawk kollha li tefgħu n-nomina huma eletti awtomaikament, biex b’hekk il-kunsill se jerġa’ jkun magħmul minn erba’ kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u wieħed tal-Partit Laburista. Filwaqt li l-Partit Laburista dejjem kellu kandidatura limitata ħafna fuq din il-lokalità, il-Partit Nazzjonalista kien ikollu iktar kandidati u għalhekk kważi dejjem saret elezzjoni.

Intant, il-kunsilliera fl-Imdina issa huma Jane Attard, Joseph Debono, Peter Joseph Dei Conti Sant Manduca u Camilla Scerri f’isem il-Partit Nazzjonalista u Frederick Azzopardi f’isem il-Partit Laburista. Issa l-Kunsill irid jagħżel Sindku, b’indikazzjoni mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista juru li se jerġa’ jkun Dei Conti Sant Manduca li jokkupa din il-kariga għas-snin li ġejjin. Fuq din il-lokalità kien hemm 241 persuna eleġibbli li jivvotaw. 

kummenti
8
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

J. Cauchi

   Thu 31-Jan-2013, 17:33

Jiena wkoll nahsibha bhalkom. Ikun zball kbir jekk nintilfu jew naljenaw rwiehna fuq l-elezxzjoni tal-Kunsilli. Ghalina dawn ma jfissru xejn. Inhalluhom jitla min irid. Fuq kollox, kif intqal, meta jitilghu dawn ighidu li m’ghndhomx x’jaqsmu ma-partit. Anzi naf b;sindku li jghid li m’ghandux x’jaqsam lanqas .ma;-programm tal-Partit. Ighid li ghandu l-programm tieghu u mieghu se jimxi. Naf b’iehor li meta jkun Sindku lanqas biss jidhol fic-Centru Laburista. Allura ghalfejn se noqoghdu nhabblu rasna fuq kunsilli? Ejja nahdmu lkoll ghall-elezzjloni generali u ma nintilfux jew naljenwx ruhna fuq il-Kunsilli. Ghalija dawk hela ta flus.

F,Mercieca

   Thu 31-Jan-2013, 15:57

Jiena dejjememmint li l-Kunsilli ghandhom ikunu indipendenti mill-partiti politici. Wara kollox il-kunsilliera stess jghidu li meta jitilghu huma ta kulhadd u l-politika ma jaghtux kazha. Hemm min jiftahar hafna b'dan u jzied ighid lid an kien is-success tieghu. Allura ghlafejn noqoghdu ninhlew fuq il-Kunsilli? Ghalfejn noqoghdu nahlu hina u flusna ghyall-kunsilli? U fuq kollox il-Partit i9kollu jitghabba b'dak li jaghmlu u jirrispondi ghalihom meta jkun hemm xi xamma ta korruzzjoni? Inhalluhom u NIKKONCENTRAW BISS U UNIKAMENT FL-ELEZZJONI GENERALI.

G.Bug.

   Thu 31-Jan-2013, 13:13

Naqbel jien ukoll. Ejja ma nintilfux fuq il-Kunsilli. Jekk se naghmlu dan se jkun zball. Il-Kunsilli fl-opinjoni tieghi qatt ma kellhomx xi mportanza ghall-partit. L-importanti li nibqghu ffikati fuq l-elezzjoni generali. Ghandkomr agun meta tghidu li l-Kunsilli huma hela ta flus.

J. Abela

   Thu 31-Jan-2013, 10:48

Ghalija mhux il-Kunsillt al-Imdina biss huwa hela ta flus. Kwazi l-kunsilli ikollha huma hela taflus. Ejja ma nintilfux fuq il-Kunsilli. Ejja nikkoncentraw biss fuql-elezzjoni generali. Numrut a Kunsilli huma beja ta korruzzjoni u klikka tal-hbieb.

C. Camilleri

   Thu 31-Jan-2013, 05:30

Ghalija li l'Mdina ghanda Kunsill, hi hela ta' flus. Dan il-Lokal immissu qieghed mar-Rabat, jew l-Mtarfa.

TONY

   Thu 31-Jan-2013, 03:25

HAZIN MHUX TAJJEB AD- DEMOKRAZIJA.

Bormliz u ex PN

   Wed 30-Jan-2013, 22:48

Akkuzi serji ta' Franco Debono:

http://www.francodebono.com/2013/01/30/can-gonzi-tell-us-what-screening-was-carried-out-on-stephen-spiteri/

u vjolenza nazzjonalista:

http://www.maltastar.com/dart/20130129-pn-activist-smashes-glasses-of-former-pn-voter

tom

   Wed 30-Jan-2013, 22:20

Ara jridx izidlu xi haga ohra dak il-kunjom, is-sindku loll :-)

Cajt apparti...awguri lill-kunsilliera tas-servizz li lesti jaghtu.