Il-każ ta’ Silvio Zammit differit għal darb’oħra

17:00  |  30.01.2013

Il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Silvio Zammit ta’ 48 sena minn Tas-Sliema, li huwa mixli b’tixħim, mhix se tkompli għada, iżda se tkompli tinstema fl-14 ta’ Marzu ġej, wara talba mill-Prosekuzzjoni.

Din hija t-tieni darba li s-seduta ġiet differita fuq talba tal-Prosekuzzjoni, wara rikors li ressqet illum.

L-Assistent Kummissarju Michael Cassar u l-Ispettur Angelo Gafa, li qed imexxu l-Prosekuzzjoni f’dan il-każ għamlu din it-talba għax għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.

Silvio Zammit jinsab mixli li talab €60 miljun minn għand il-kumpanija Svediża Swedish Match biex jinfluwenza d-direttiva Ewropea dwar it-tabakk, ħalli t-tabakk Snus, li ma jagħmilx duħħan, ikun jista' jinbiegħ fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea peress li s’issa dan jista’ jinbiegħ biss fl-Isvezja.

Dan il-każ ġie investigat u eventwalment wassal għar-riżenja ta’ John Dalli.

L-Avukati Kris Busietta u Edward Gatt qed jidhru għal Zammit.

kummenti
3
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

gamri

   Thu 31-Jan-2013, 11:39

x wegha ta qalb f dal pajjiz. dizzapunt ghar mil iehor. ahna niskantaw bl italja ghax mafjuza. ahna ghar minnhom

kay

   Wed 30-Jan-2013, 19:25

Ghal wara l-elezzjoni ghal hekk jaqbel.

Thorny

   Wed 30-Jan-2013, 19:24

Importanti li wara id-9 ta'Marzu 2013 - xejn ma jsir b'kumbinazzjoni x'hin tkun riesqa elezzjoni ...f'dan il-Pajjiz tal-Miki Maws, b'min imexxih u bil gustizzja li ssib fih!