![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Niġerjan ta’ 31 sena kien ikkundannat disa' snin ħabs u mmultat is-somma ta’ €30,000, wara li ammetta li ttraffika d-droga kokaina. Il-każ kien seħħ fis-26 ta’ Awwissu tal-2009.
Fil-Qorti ħareġ li Tony Johnson, kien ftiehem li jiltaqa' ma’ Niġerjan ieħor Kofi Otule f’San Pawl-il Baħar. Sussegwentament, Kofi Otule kien ta lill-akkużat 59 kapsola tad-droga kokaina.
Aktar tard fil-ġurnata, Johnson kien mar fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa, fejn hemmhekk kien iltaqa' ma’ ħabib ieħor Austin Uchem, li huwa Niġerjan ukoll. Skont il-pjan tagħhom huma kienu se jiltaqgħu ma’ persuna oħra li kien ftiehem li jixtri kilo kokaina, li kien fil-pussess tal-akkużat, għas-somma ta’ €20,000.
Madankollu, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga waqqfu lill-akkużat u lil Uche li nzerta kien qiegħed fil-karozza. Waqt li ż-żewġ imputati kienu qed jiġu arrestati, ġie innutat li kien hemm borża ħdejn l-akkużat li ttieħdet għall-aktar investigazzjonijiet.
L-akkużat ammetta li l-borża kienet tiegħu.
Wara rriżulta li l-borża kellha total ta’ 949 gramma ta’ kokaina, li kellha purità ta’ 33.7%. Il-valur fit-triq ta’ din id-droga kien jammonta għal €72,134.
Waqt li kienu bdew jinstemgħu l-proċeduri fil-konfront tiegħu, l-akkużat ammetta l-akkużi miġjubin kontrih. Huwa kkopera mal-Pulizija. Din il-koperazzjoni wasslet biex il-Pulizija tressaq b’arrest lil Kofi Otule.
Il-Qorti Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Michael Mallia, qalet li l-akkużat ammetta fl-aktar stadju possibbli, apparti l-fatt li bl-ammissjoni tiegħu għen lill-Pulizija biex iressqu b’arrest lil Kofi Otule.
Wara li qieset dan kollu, il-Qorti kkundannat lill-imputat għal disa' snin ħabs u multa ta’ €30,000.