![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Ara did-dinje qed tinqaleb Ġann! Issa ġejjin sew, il-pirmli lit-tfol se jtuwem minflok lilna x-xjewħ!
Dan biex ġej Paċikk dal-għodu? għedt bejni u bejn ruħi.
X’int tħawwad Paċikk għodu għodu? Mel’erġajt m’għalaqtx għajn m’għajn dal-lej’?
U ħallina Ġann, mela ma smajtx? Kemm tal-lejber u anki Gunzi qallhem li jtuwem il-pirmli. Mistagħġbin. Għandu jkun li l-pirmla tagħmel lit-tfol aktar brovi!
Għall-ewwel ħsibt li kien qed joħlom bil-ftajjar dan Paċikku, għax għandu ħabta, imma mbagħad fuq belgħa te’ karg spjegawli li l-proposta ma kinitx eżatt kif spjegaha Paċikku. Mid-dehra li l-lejber u l-Gonzilla wegħdu li jagħtu lill-istudenti nġenju teknoloġiku li jissejjaħ ‘tablet’, imma għal Paċikku - li ‘tablets’ jibla’ ħafna, għax miskin kemm ilu li qabeż it-tmenin laqqat kull xorta ta’ mard li jintitolah għall-karta r-roża – it-‘tablets’ tifsira waħda biss għandhom: il-pilloli li jiġbor mingħand l-ispiżjar. Appuntament li ma jitilfu qatt.
Biex inkun qed ngħid kollox, għalija dan it-‘tablet’ ukoll ma kontx naf xillimniefaħ hu, imma n-neputija, li tqum u torqod qalb it-teknoloġija, malajr mekkħituli ma’ wiċċi u tatni priedka twil dwar il-meravilji li dak il-platt ċatt tal-majka kapaċi jwettaq. Kif qaltli kemm sewa lil missierha biex jixtrihulha, kien għoddha qatgħetli nifsi (bil-kemm ma ġejtx bżonn xi tablet għal qalbi!).
Allura dan jgħinek għall-iskola? staqsejtha biex nitkixxef ftit dwar x’benefiċċju se jieħdu l-istudenti minn dil-proposta tal-partiti.
Uuuu, ismagħni nann… Dak tista’ tużah flok ktieb jew biex tidħol fuq l-internet jew biex tieħu n-noti, flok pitazz. Tista’ tużah b’ħafna modi, weġbitni n-neputija.
Mela miżura tajba! ħsibt bejni u bejn ruħi.
Il-lejber mid-dehra ħariġha l-ewwel u wegħdha lit-tfal kollha li jkunu telgħu fir-raba’ sena tal-primarja. Xi siegħa wara, il-Gonzilla qamlu (ma nafx ħax xi tablet blu!) u ħareġ iħabbar li se jagħtih lil kulħadd. Ħelu dal-Gonzilla! Sar qisu David Agius; moħħu biex jikkopja. Imma mbagħad, biex taparsi jidher xi ftit bravu aktar, jara kif il-proposta tal-lejber iġebbidha kemm jiflaħ; mingħalih li b’hekk jidher aktar oriġinali. Għandu jkun ħasibhom boloh lill-Maltin da’ Gonzilla!
Jien għalija, li jagħti t-tablets lill-istudenti ma ddejjaqnix, imma allura, ngħid jien, la l-Gonzilla se jkun daqstant ġeneruż, ma jistax it-tablets jagħtihom ukoll lil Paċikku għax miskin dejjaqni li kull darba jmur għand l-ispiżjar u jiġi lura b’geddum mal-art igerger li t-tablets weħilhom bl-għoli għax tal-gvern ‘out of stock’!
Bil-ħaqq, għax kont se ninsa… it-tablets jidher li mhux Paċikku biss għandu bżonnhom... Mela interrogaw lill-eks ċermen tal-Enemalta dwar ix-xiri taż-żejt u dan spiċċa l-isptar. Ma nafx jekk kienx hemm konnessjoni bejn iż-żewġ affarijiet. Imma issa li l-lejber qed iwiegħed il-Whistleblower Act, jekk jitla’ fil-gvern qed nistenna li n-numru ta’ nies li jispiċċaw l-isptar jiżdied sew. L-akbar problema għal gvern laburista naħseb li se tkun biex jagħżel xi jrid ikabbar l-ewwel – jekk hux il-ħabs jew l-isptar!
Tablets ghal Kullhadd ma GonziPN!
Minn 3 snin sa 60 +!
Ta' 60 + Tablets BLU mill P.O.Y.C, ( BLU minn dawk li jqajjmu) , hasibha Lawrence Gonzi , ikkupjata minn Simon)!
ghandek ragun gann, problema se tkun ghal joseph. ghax ikollu ikabbar il-habs u l-isptar ghax il-korruzzjoni li ghawn l-anqas jekk jigi EFA ma jeqrida din id-darba, ghax l-eruq u ix-xnixel nizlu fil-fond hafna issa.
eagdra.