![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Reġa' wasal dak iż-żmien li jien, int u dawk kollha eleġibbli għall-vot, jagħmlu l-għażla tagħhom għal xelta tal-gvern għall-hames snin li ġejjien.
Hija għażla importanti għalina, għal uliedna u aktar minn hekk għal pajjiżna. L-għazla tagħna se jkollha impatt fuqna lkoll, fuq il-mod ta' kif pajjiżi oħrajn se jħarsu lejna, fuq dawk li m'għandhomx dritt għall-vot, fuq il-mod ta' kif pajjiżna jista' jimrah u jtejjeb dak li diġà għandu u jsewwi dawk l-oqsma li għandhom bżonn aktar kura. Meta wieħed jagħrbel u jixtar, jifhem kemm id-deċiżjoni tagħna ilkoll hija importanti u x'piż għandna biex nieħdu l-aħjar deċiżjoni - il-bogħod mill-partiġjaniżmu.
Meta se mmur nivvota nhar id-9 ta' Marzu se nżomm dan kollu f'moħħi. Se nżomm f'moħħi wkoll il-passat, il-valuri tal-partit li nemmen fih, l-identità tiegħu, il-viżjoni tiegħu, kif ukoll il-missjoni biex tintlaħaq dik il-viżjoni.
Skont jiena - il-Partit Nazzjonalista huwa dak il-partit li jista' jagħtik il-garanziji, huwa dak il-partit li jaf fejn irrid jasal u aktar minn hekk jaf kif se jasal s'hemm. Huwa dak il-partit li qed jikxef il-karti kollha tiegħu, u għalkemm tista' ma taqbilx ma’ ċertu proposti jew ma’ taqbilx ma’ ċertu miżuri li wettaq tul din l-aħħar leġiżlatura, xorta waħda jibqa' l-aħjar partit li għandu l-ideat biex imexxi lil pajjiżna fil-ħames snin li ġejjien.
Il-Partit Laburista qed jippreżenta ruħu f'din il-kampanja elettorali differenti minn kampanji oħrajn. In kwantu immaġini huwa simili ħafna għall-Partit Laburista tal-1996, fejn b'kap ġdid qed jagħti l-impressjoni li huwa partit riġenerat u partit modern. Però dwar is-sustanza nemmen li għadu mhux f'pożizzjoni li jiggverna. In-nuqqas ta' esperjenza qed turi snienha meta qed ikunu mfassla proposti għall-programm elettorali. Il-valanga ta' esperti li tkellmu dwar il-proposta tal-Partit Laburista juru biċ-ċar li dak mixtieq huwa impossibli li jintlaħaq fiż-żmien u l-prezz indikat. It-tnaqqis ta’ 25% tal-burokrazija huwa sabiħ fuq il-karti, iżda la nafu kif, la nafu meta dan jista' jintlaħaq. Biex nistqarr il-verità, naħseb li hemm proposti tal-Partit Laburista li huma tajbin – żgur li wieħed ma jistax jgħid li kollox ħażin jew kollox tajjeb!
Jiena iddeċidejt li se nivvota għal darb oħra għall-Partit Nazzjonalista – se nagħmel dan b’kuxjenza nadifa għax konvint wara li rrispondejt id-domandi t’hawn fuq. Ovvjament għalkemm ħafna se jaqblu miegħi, oħrajn mhux se jaqblu (u għandhom dritt) – però nistenna li ma niġix mgħajjar għax għandi twemmin differenti u dan peress li Malta tagħna lkoll – kemm Nazzjonalisti u kemm Laburisti!
Le mhux se nghijrek.imma infakkrek x"qal Gonzi lil Franco Debono: mintix tatakka
Bizzejjed lil partit laburista.
M"hemx Xi nzid aktar.
VIVA L-LABOUR
INZEL FIT-TOROQ BHALI SUR MATTHEW PARIS.
BRAVU BRAVU TASSEW. TAHDEM INT ? U FEJN ?
Lil Victor nghidlu li ma fehem xejn milli ghidt jien. Jien miniex lest li nigi insulentat minn xi hadd li huwa professjonist u jaqq ghar-redikolu meta inti sur 'laburist' taf li l-artiklu joffendi s-sentimenti ta dawk in-nies li qed jghixu r-rejalta.
Li ma taqbilx mieghi hija accettabbli, anzi hija accettabbli, imma li tghid bil-maqlub tar-rejalta dik mhix accettabbli. Jekk int 'laburist' taf li r-rimarki li ghamel fuq il-Partit Laburista mhumiex veri. Fl-oppozizzjoni se jmur min laghab mal-ghixien tal-haddiema u ha l-500 Euro ghalih minn wara dahar kulhadd.
Jiena tghallimt f'hajti li ghandek tkun oggettiv u tikkritika b'mod kostruttiv, mhux distruttiv.
Il-Vera ahna l-laburisti ma nitghallmu qatt. Hemm ghalfejn nghajru persuna ghax am jaqbilx maghna? Huti b'din l-attitudni fl-opozzizjoni ser nibqghu
Emmnuni ninkwieta meta nies ta dan it-tip bhal Mathew johorgu b'argumenti fjakki, redikoli ghall-ahhar.
Milli jidher dan jaghmel parti mill-Klikka ta' GoniPaNik, ghax mhux qed ihoss il-polz tal-poplu.
Nittama li l-kwalifiki li ghandek huma bis-sahha tal-kapacita tieghek. Jiena persuna komuni u mohhi jahdem ferm ahjar minn tieghek. Bhalissa qed jigi f'mohhi f'dak il-politiku li kien jghid li fl-Universita minn kollox hemm, sahansitra l-gdur!!
Din li tghidu li Joseph m'ghandux esperjenza ma taghmel sens xejn. Meta telghu EFA u Gonzi l-ewwel darba kellhom esperjenza ta tmexxija? Allura bl-istess argument tieghek Joseph qatt ma jista jsir prim ministru. 25 sena huma iktar min bizzejjed u l-iktar dawn l-ahhar snin li qazzistu malta fejn anka nies taghkom daru kontrikom minhabba l-arroganza.
Minn dan l-artiklu tinduna kif in-Nazzjonalisti jaħsbu li huma biss tajbin biex imexxu u li donnu li jmexxu l-pajjiż huwa dritt fundamentali tagħhom... Ħalluna ngħixu
MATTHEW IL-VERA MA TAFUX TISTHU
Sew jejdu l mux l-universita tamlek edukat.
Mohh ta tigiega, mur erga ivota lil PN.
Jidher bic-car li il-but tieghek huwa mimli biex ha terga tivvota lil PN. Tajjeb int tajjeb kulhadd. 25 sena huma bizzejjed biex tghaffeg lil min jinsab f'xifer ta faqar. L-arroganza tal-PN dejjem qed tizdied tant li il-karba ta poplu mugugh mhix qed tigi indirizzata. Ivvota PN siehbi la ghandek il-but tieghek mimli. Tghid mhux xi wiehed bhalek tghid li il-Labour mhux preparat bizzejjed biex jiehu f'idejh it-tmun. Joseph uriena bizzejjed kemm hu kapaci u lest.
@ Emily Debattista ...
Jekk ser timxi b'dak il-kejl , nistidnek taghmel naqra ricerka biex issir taf li dak li qeghda ssemmi inti kien il-Partit Laburista li dahhal dak il-kuncett fil-pajjiz taghna.
Very well said Matthew.
Veru kulhadd ghandu dritt jesprimi ruhu kif ihoss, u veru li kulhadd ghandu jivvota lil min jahseb li hu l-ahjar biex jiggverna ghal hames snin li gejjin. Ghal kuntrarju tieghek, pero, li tahseb li ghadu ma wasalx iz-zmien li jitla l-PL, jien nahseb li wasal dan iz-zmien ghax anke fil-kampanja elettorali wkoll qed juri li ghandu r-rizorsi kollha biex jaghmel dan. u kapaci jmexxi lil pajjizna l-quddiem. Din li il-maggoranza tan-nazzjonalisti jahsbu li l-PN biss donnu kapaci jmexxi ma tantx taghmel sens tafx.
Kevin T,
Il-kumment tieghek hu riflessjoni tal-propaganda li tisma'. Ha naghtik ftit ezempji kuntrarji ghal dak li qed tghid int. Nibda' mill-ghola kariga tal-pajjiz, il-President ta' Malta. F'din il-legislatura ghall-ewwel darba gie propost persuna mill-kamp tal-partit fl-oppozizzjoni. It-tieni, id-deputat kap tal-PL bhalissa kien chairman tal-Airmalta fi zminijiet ta' gvern tal-PN. Ma tnehhiex ghax kien ta' twemmin Laburista. It-tielet, l-istar candidate il-gdid Konrad Mizzi. Dan kien jahdem fl-ufficju tal-Prim Ministru sal-2003 u dan l-ahhar anke ha kariga fl-Enemalta.
Hekk ghandu jkun. Jilhaq min hu kapaci, mhux min jaqbel mal-gvern biss. Nittama li meta jitla' l-PL fil-gvern naraw l-istess maturita'.
naf ghala se tivvota PN, biex tkun tista tiehu 500 euro fil GIMGHA u lilna ittuna 1.40, u thallu lin nies tan naha t 'isfel fgata bil polution esagerata tal heavy fuel oil
Prosit Sur Paris. Tassew niehu pjacir naqra il-blogs tieghek ghaliex jirriflettu hafna mis-sentimenti tieghi.
Naghmel referenza ghall-kumment tas-Sur Clive. Kont iddizappuntata meta rajt l-islogan tal PL ghall din l-elezzjoni. Sa fejn naf jien, Malta ilha taghna ilkoll - sa fejn naf jien kulhadd qed jithalla jkompla jistudja l-unviersita u kulhadd qed jgawdi mill-fondi ta l-Unjoni Ewropeja- nahseb dak kien l-punt ta Matthew .... li Malta ilha taghna lkoll... grazzi ghall- Partit Nazzjonalista!
Tikteb kliem sabih Matthew. U veru , Malta taghna lkoll. Imma l-gvern li tappogga int, dan jemmen fih?
Kemm- il persuna bi twemmin laburista hemm membru f'xi bord tal-gvern? Kemm -il persuna bi twemmin laburista nhatret f'xi kariga tal-UE mill-gvern Malti?
Ir-risposti tafhom. Xejn. Mela l-persuni b'sentiment laburista mhux mohh ghandom ukoll? Jew l-intelettwali jinsabu biss fuq in-naha tal-PN?
Fis-suggett ta’ dan l-artiklu mil-ewwel dak li jkun jinduna li hemm zball ghax bic-certifikat li ha jigi ppublikat mil-agenzija ‘Standards & Poors’ jidher bic-car li l-futur ma tantx jidher li ha jkun fis-sod bit-tmexxija tal-PN li kelna f’dawn l-ahhar hames snin.
Naqbel mieghek li Malta taghna lkoll u b’hekk qieghed niehu gost narak taqbel mas-‘slogan’ tal-partit Laburista.
Qieghed niehu gost ukoll bil-kliem tieghek li taqbel ma certu proposti tal- Partit Laburista. Sfortunatament il-PN, li inti stess parti minnu, ma jaqbilx mal-kummenti tieghek ghaliex kull proposta li qieghed iniedi l-Partit Laburista ma huwiex jaqbel maghha u qieghed jiprova jirridikulahha.
Ghandek naqra zball ohxon ukoll fl-ahhar parti tal-artiklu tieghek, naqbel perfettament mieghek li kulhadd ghandu opinjonijiet differenti min ta xulxin u zgur li hadd ma ghandu jghajjar lil hadd pero Dr. Gonzi (il-kap tal-partit tieghek stess) qal, u nikwotah meta iddikjara ‘’li Ghawdex huwa tan-Nazzjonalisti ‘’. Sfortunatament dan il-kliem li qal il-Prim Ministru imur kontra il-fehmiet miktubin fl-artiklu u zgur li ma jserviex ta gid, ghax kif jien u int naqblu, Malta taghna lkoll.
Grazzi.
prosit