![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Diffiċli tevità li titkellem dwar il-bidu tal-kampanja elettorali.
L-ewwel ġimgħa kienet dominata mill-ftuħ tal-kampanji tal-partiti politiċi flimkien mal-għażla tat-temi elettorali rispettivi u sussegwentement mid-dibattitu dwar il-qasam tal-enerġija u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-kontijiet huma piż kbir fuq il-familji Maltin u bla dubju li l-proposti kienu mistennija b'ħerqa kbira. Il-preżentazzjoni tal-proposti u r-riċerka warajhom kienu professjonali għall-aħħar u naħseb dan jixhed l-impenn ta' min qiegħed jaħdem fuq dan is-settur. Jidher li l-proposti tal-oppożizzjoni intlaqgħu b'mod pożittiv ħafna minn diversi organizzazzjonijiet u opinjonisti.
Kif poġġiha l-Avukat Franco Debono, jekk xejn il-politika tal-Gvern hija analizzata fuq li twettaq. Fil-fatt ninsab ftit ħosbien kif il-Gvern semma li sejrin isiru proposti għas-settur tal-enerġija. Meta tkun tmexxi, mistenni li aktar minn li tipproponi kontinwament, twettaq. Għaliex meta tipproponi u tkun f'pożizzjoni ta' tmexxija, tkun mistoqsi ‘għaliex ma wettaqtx dan diġà jew bdejt il-ħidma biex jitwettaq?. Fatt interessanti (għallinqas għalija) li apparti l-prezz tad-dawl u ilma (li bir-raġun preokkupa ħafna nies) il-prezz tal-konsum tal-fjuwils tal-vetturi tat-trasport tagħna wkoll splodew fl-aħħar snin. Veru l-petrol u d-dijżil mhux essenzjali daqs li jkollok id-dawl u l-ilma d-dar, imma meta toqgħod tikkalkula l-petrol u d-diżil jammontaw għall-ispiża pjuttost għolja annwali. Niftakarni nimla t-tank tal-karozza b'ħafna u ħafna anqas!
Ix-xogħol ftit li xejn issemma din il-ġimgħa. Il-Kap tal-Oppożizzjoni poġġa dikjarazzjoni. Nassumi li x-xogħol xorta ha jkun tema ewlenija f'din il-kampanja elettorali. Forsi aktar 'il quddiem. Kampanja pjuttost twila quddiemna. Tgħid il-poplu Malti jixba minn kampanja twila jew tant kemm ‘inħobbu’ il-politika li nieħdu gost?
Intant fl-aħħar blog tkellimt dwar il-ħaddiema tal-kuntratturi tal-Isptar Mater Dei. Il-kelliema Laburista għas-Saħħa Marie Louise Coleiro ħarġet stqarrija interessanti ta' appoġġ f'dawn ir-rigward. Għadni nittama li l-Ministru Joe Cassar jew il-Ministru Tonio Fenech iserrħu moħħ il-ħaddiema. U-turn ta' dik il-kwalità kienet bħal sajjetta fil-bnazzi kif jgħidu. Bħal ma qal Dottor Debono; meta tkun fil-poter tkun iġġudikat b'dak li twettaq.