It-temi soċjo edukattivi minn dejjem kienu fuq nett tal-aġenda tagħha. Illum, anke jekk m’għadiex taħdem fit-taqsima tal-aħbarijiet, għadha tagħtihom importanza fil-programmi tagħha. Simone Cini temmen li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta taċ-ċiviltà u l-uniku mezz kif tista’ ssolvi ħafna mill-problemi soċjali li jirrenjaw fil-pajjiż. Għandha għal qalbha wkoll is-suġġetti tan-nutriment u s-saħħa, għax temmen li s-saħħa tmur id f’id mal-edukazzjoni. Id-drittijiet tal-annimali hija tema oħra li mingħand Simone nistennew ħafna kontribuzzjonijiet dwarha.

Żmien l-eżamijiet

12:06  |  12.01.2013

Min jaf kemm minnkom il-politika ħierġa minn widnejkom u ma tifilħux tisimgħu imqar il-kelma. Nifimkom. Bħalissa l-politikanti għaddejjin minn eżami iżda ma rridux ninsew li anke uliedna se jkunu għaddejjin mill-eżamijiet dalwaqt. L-eżamijiet. Uff xi dwejjaq naffaċċjawhom żgħar u meta nikbru nerġgħu ngħaddu minnhom ma uliedna… min għal darba, tnejn, tlieta u anke aktar!

Dalgħodu kont qed nitkellem ma xi ħbieb tiegħi li t-tfal tagħhom qegħdin fl-aħħar sena tal-iskola sekondarja. Bħalissa uliedhom se jibdew il-‘mocks’. Kollha jgħiduli bil-ġiri ma Malta għall-privatijiet. Uħud minn dawn il-ġenituri għandhom tfal jattendu skejjel indipendenti fejn ta’ kull sena joħorġu mas-sitt elef ewro miżati tal-iskola. Minkejja dan, anke huma qaluli li t-tfal jibatuhom privat kważi tas-suġġetti kollha.

Dan il-fenomenu tal-privatijiet kemm-il darba ddiskutejtu ma’ Professuri universitarji fil-qasam tal-edukazzjoni u dawn dejjem aċċertawni li t-tfal m’għandhomx għalfejn imorru privat jekk isegwu l-lezzjonijiet l-iskola. Nibqa’ msaħħra u mistagħġba kif allura l-maġġoranza tan-nies li naf jibagħtu l-uliedhom għall-privat xorta waħda.

Dawn il-professuri qed ikunu realistiċi? Dawn il-ġenituri jemmnu li uliedhom għandhom bżonn lezzjonijiet apparti dawk tal-iskola? jew inkella kulħadd qed jirraġuna li la Ċikka u Peppa qed jibagħtu ‘l tagħhom… mela allura huma għax le?

Dawn l-għalliema kollha gradwati u kkwalifikati qed ilaħħqu s-sillabu biex b’hekk l-istudenti tagħhom ma jkollox bżonn għalliema oħra fl-istess suġġett? Saħansitra smajt b’każijiet li jdarrsuni fejn l-għalliem ta’ suġġett fi skola indipenedenti qal lill-ġenituri li t-tfal għandhom bżonn privat għaliex is-sillabus ma kienx se jintlaħaq l-iskola… u oħroġ il-għaġeb… il-privat jagħtih l-istess għalliem!

L-aktar li huma konfużi dwar dan il-fenomenu huma l-ġenituri. Faċli ngħid li bosta minnhom jagħmlu bħal ġar tagħhom għax meta jkollok it-tfal ma tkun trid tonqoshom minn xejn. Iżda fil-verità din id-dipendenza kollha fuq lezzjonijiet apparti l-iskola tista’ tagħmel aktar ħsara milli ġid. Grupp ta’ għalliema kienu qed jgħiduli li jafu bi tfal li jitgħażżnu l-iskola għax iserrħu rashom bil-lezzjonijiet tal-privat. Dawn it-tfal jaħsbu li l-flus huma gelgul ħiereġ u ma jaqta’ qatt. Din il-filosofija xejn tajba se tkun il-bazi tas-soċjetà tagħna għada ħbieb. Naħsbuha sew!

kummenti
1
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Chris Grillo

   Wed 16-Jan-2013, 10:01

Waqt li naqbel mieghek sa certu punt, nixtieq nghaddi l-hsieb tieghi. Jiena nemmen li t-tfal taghna l-Maltin huma fost l-iktar intelligenti u habrieka fid-dinja, dan anke minhabba l-ammont OXXEN ta Homework li jinghataw...

Jekk tifel/tifla , ser tahli hinijiet twal taghmel il HW , tista timmagina x'hegga jkollhom ghat-taghlim genwin.

Let's face it... jekk ma tghallmux dak li ghandhom bzonn fil hin ta li skola, il HW ser idahhalulhom f'mohhom?

Issa din tal privatijiet hija, kif ghidt int, naqra ta misteru. U hawnhekk irridu nifhmu li t-tfal mhux kollha l-istess. Jiena tieghi verament tajbin fl-Ingliz, Storja, Germaniz u Filosofija... pero' nassigurak li gdur fil matematika.

Nibaghtom il privat biex forsi jitghallmu biss biex jghaddu mill ezami (tal matematika), u xejn iktar. Mhux ghax it-teacher mhux tajjeb, imma certu studenti ghandhom 'aptitude' ghal suggett, u 'apatija' ghal suggetti ohrajn.... u dan fuq kollox, qed jistudjaw ghal xi haga li l-matematika ma hija ta mportanza ta xejn!

Issa teachers hemm tajbin, u hemm sfortunatament hziena wkoll, li jkunu ggradwaw, imma qajla jkunu kapaci jghaddu t-talent taghhom lil uliedna...

Kieku ghanda teacher it-tifla li jghidilha mhux ha jlahhaq sillabu, imbaghad jaghti l-privat huwa stess, immur u ntih xebgha kliem kif imiss il-ligi.

Dejjem nibqghu miftemin li l-ammont ta xoghol li jsir mill istudenti taghna fil primarja u sekondarja huwa 'second to none'....

Mur skola l-Ingilterra.... u tkun taf xi jfisser. (Esperjenza personali)

Prosit ta l-artiklu.