![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Il-proposti tal-Partit Laburista dwar l-enerġija huma mmirati biex kull individwu, familja u negozju jkollhom iktar flus fil-but. Dan iwassal biex tikber l-ekonomija u jinħolqu iktar impjiegi.
Minkejja r-roħs fil-kontijiet, Gvern ġdid jidher li hu kommess li jibqa’ jiġġieled il-ħela. Il-miżuri progressivi imħabbra, jwasslu lil kulħadd biex joqgħod attent mill-ħela. Inqas ma taħli elettriku, iktar tgawdi minn roħs fil-kont tiegħek.
Lejn gvern serju
FL-opinjoni tiegħi l-iktar fatt importanti li ħareġ mill-proposti elettoral żvelati l-bieraħ, ma kienux li t-tariffi tad-dawl u l-ilma se jorħsu biss. Kien ta’ sodisfazzjon għalija, u konvint li għal ħafna oħrajn, li jidher li jista’ jkollna Gvern serju fil-futur.
It-tmexxija ta’ Joseph Muscat ma marritx quddiem il-ġurnalisti biex tfajjar porposti bl-addoċċ li kienu jdoqqu għal widnejn kulħadd. Għamlet ir-riċerka, ikkonfermata ma’ esperti barranin, li l-Gvern ta’ GonziPN ukoll ikkonsulta ta’ spiss magħhom, u għażlu l-aqwa pjan fiċ-ċirkostanzi tal-pajjiż.
Ir-roadmap dwar l-enerġija ma ħaristx biss lejn ir-roħs fil-kontijiet iżda se tibda tindirizza d-dejn tal-Enemalta, li GonziPN żied għal ‘l fuq minn € 800 miljun; se tkun qed issebbaħ id-Delimara u l-lokalità ta’ Marsaxlokk; se ġġib investiment minn kumpaniji privati ta’ €300 miljun; u se tassigura arja iktar nadifa għalina lkoll.
Joseph – Malta li Rrid Ngħix Fiha
Ingħatajt l-opportunità biex nikteb ktieb bil-ħsibijiet ta’ Joseph Muscat. Waqt il-kitba ġejt ispirat mid-diskors ta’ Joseph fil-Konferenza Ġenerali Annwali tal-2012 meta tkellem dwar il-ħsibijiet tiegħu għal Malta u qal ‘din hi Malta li noħlom dwarha’, ‘din hi Malta li rrid ngħix fiha’.
F’dan il-ktieb wieħed jista’ jaqra dwar kif il-mexxej tal-Partit Laburista fforma l-fehmiet bażiċi tiegħu li wassluh biex jidħol fil-politika u jbiddel il-Partit Laburista għal dak li hu llum. Meta wieħed jara l-mixja ta’ ħajjet Joseph, jirealizza għalfejn wasal għall-għajta ta’ ‘Malta Tagħna Lkoll’.
Kif jista jkun Minsitru jekk mhux hiereg ghall-elezzjoni imma ghal parlament Ewropew
tajt mux se jamlek ministru sur engerer