Busuttil jiżvela li qiegħed jikteb il-manifest tal-PN

08:50  |  16.11.2012

Simon Busuttil qal li hu qiegħed jikteb il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista kif kien għamel fl-2008. Hu qal dan fil-programm TVAM dalgħodu li fih kellu jkun hemm il-kontestant l-ieħor għall-kariga ta’ Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Ministru Tonio Fenech.

“Jiena kburi li ngħidlek li l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista qiegħed infasslu jiena. Ktibt il-programm tal-2008 u qiegħed infassal dan,” qal Busuttil.

Mistoqsi dwar ir-rikonċiljazzjoni ma’ Franco Debono, il-Membru tal-Parlament Ewropew Simon Busuttil qal li hu jistenna u jippretendi li Franco Debono jivvota favur il-baġit. Dan għax Debono għadu membru tal-grupp parlamentari Nazzjonalista, hekk kif hu ma tkeċċiex mill-Partit Nazzjonalsita.

Dwar il-possibbiltà ta’ co-option minflok by election fit-tmien distrett, Busuttil ma’ eskluda xejn għalkemm qal li wieħed irid jieħu kollox pass pass. 

kummenti
15
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

G Xerri

   Fri 16-Nov-2012, 15:19

Mhux li tikteb u twiegħed jgħodd, imma li tagħmel dak li tikteb u twiegħed. U dak li ġara mill-program elettorali ta' l-2008, li issa int qed tgħid li ktibtu int, ħaddieħor għamlu tiegħu u ħarbtu... u allura mhux wisq awgurju tajjeb għal dak li qed tikteb issa.
Fuq kollox din biċċa propoganda personali biex tikseb vantaġġ fuq Dr Fenech, dejjem jekk ma ma joħorġx xi ħadd u jmerik, kif kisruk fuq il-biċċa tar-rikonċiljazzjoni.

saviour cachia

   Fri 16-Nov-2012, 13:31

Tajba Xmun, int tikteb u l-kapo Lawrence Gonzi u l-kandidat siehbek ghall-kariga ta' vici kap tal-partit nazzjonalista, Tonio Fenech, ihawwdu. Kien zball ohxon li zvelat li l-ahhar manifest elettorali ktibtu int u qed tikteb il-gdid ghall-2013, ghax l-affarijiet ma tantx marru tajjeb. Zball iehor ohxon bhal meta ippruvajt tirrikoncilja ma' Franco Debono, issa qed tobbligah li jivvota mal-budget, wara ma nafx kemm il-halfa dikjarat li diment li jkun hemm il-Ministru Austin Gatt hu ma jivvutax favur.. ' mhux gwerra jridu, mela ha jiehdu gwerra" dan kliem Franco ghadu jidwi f'widnejna. Oqghod attent Xmun hemmx min minn gewwa qed jilghabek ghax dik li Fenech ghandu favur tieghu l-maggoranza tal-Ministri, tinten daqsxejn. Persunalment, minkejja din il-kritika tieghi, xorta nippreferi lilek, avolja l-Partit Nazzjonalista mhux il-partit tieghi u tista' b'mod gentili jew arroganti tghidli "tindahalx". Biss il-mizien tieghi xorta jxaqleb favur tieghek, ghaliex Gonzi u Fenech nafu bizzejjed x'isarrfu. U tghid l-oligarkija ta' Franco hi hlieqa fittizja tieghu li qed tressqu dejjem iktar lejn sptar partikulari f'H'Attard? Marzu jrid jikkonferma kollox meta nimxu mar-rieda tal-poplu.

MT Caruana

   Fri 16-Nov-2012, 13:02

Mela tajjeb hafna, issa nistenna lis-Sur Peppi Azzoppardi biex jistiden lis-Sur Simon, u jsaqsih, kif, meta u lil min!! Jekk iridu jkomplu ibelawlna li PBS vergni mil-politika!!!

domesticengineer

   Fri 16-Nov-2012, 12:37

simon templer ma jridx jghid xqed jikteb fil manifest minus ghal gonzinupn u bil wicc tost kollu iriedu lill dr.joseph muscat jghidilhom kif ser irahass id dawl.

Spike

   Fri 16-Nov-2012, 12:21

Number 1 L-isem il gdid huwa BUSUPN Number 2 Dan qieghed iffassal il-manifest elettorali ahjar twettqu dak li wettu hames snin ilu.
Mela dan ma rridx ghejd x'fih u Gonzi irrid lil Joseph ghejdlu fuq id-dawl u l-ilma nahseb taf x'ini li Gonzi ghejd mod u il-buzu ser jaghmel mod iehor u dak = inkwiet izjed.

Paul

   Fri 16-Nov-2012, 11:31

Ma nahsibx li SB ghandu biex jiftahar bil-manifest tal-PN tal-2008, ghax hafna mill weghdi mill-PN fil-gvern ma twettqux. Mhux li tikteb u tivvinta fil-manifest jghodd imma dak li twieghed jitwettaq.

big tom

   Fri 16-Nov-2012, 10:31

Simon B. huwa bnidem ta karizma u klimu helu kemm trid, pero l- kejk mhux kif inhu min barra biss jghod, imma kif inhu min gewwa wkoll.Il 5 snin li ghaddew ma kienux tajba, kif gejna l-lum jekk ma tkunx ta criki ta criki jew habib ta xi cirku tmut bla saqaf fuq rasek.Il- habs fullup, irridu nibnu qihor ikbar milli ghandna,il- mard mentalli zdid hafna. etc,etc

Criss Camilleri

   Fri 16-Nov-2012, 10:24

Faqqa subghajk hej. Tista tikteb dawk il weghdi kollha li ghamel gonzipn minus, u ikun lest.

stephen scicluna

   Fri 16-Nov-2012, 10:13

Mela issa sirna nafu li Simon Busuttil, (flimkien ma’ Lawrence Gonzi bhala pim ministru, u Tonio Fenech bhala ministru tal-finanzi u l-ekonomija), huwa wkoll responsabbli ghal dak li ninabu fih. Kif jghid il-Malti, fuq tlieta toqghod il-borma. Imbaghad jghidu li kapaci jgibu l-bidla.

George

   Fri 16-Nov-2012, 09:47

Ghal li jista jkun, Simon Busutill ma kienx ukoll, wara dawk l-ittri kollha weghdi u garanziji tax-xoghol, ffirmati wkoll min Lawrence Gonzi, lil eluf ta' haddiema, fosthom Tarzna u Air Malta, ezatt qabel l-elezzjoni tal-2008?????? Birds of the same feathers!!!!

Kola

   Fri 16-Nov-2012, 09:46

Ahjar Simon Busuttil jispjega ruhu sew meta ikkumenta ricentament u qal li jekk jitla il Pl ser jirrikorri ghal bailouts bhal Grecja u il Portugal. U jien nistaqsih minn hawn mela taf xi haga mohbija fl ekonomijja u ma intomx tighd biha? Jekk huwa il kaz dan nighdlu tradiment politiku. Din il persuna narah flopinjoni tieghi li jitfalek il qattus u iqabzek id debba.

dr

   Fri 16-Nov-2012, 09:42

Dr.Busuttil qal xi haga fuq kif ha jkun il-manifest? Jew m'ghand tal-PL biss jippretendu t-twiegibiet? Ghax issa drajnihom sew lil ta GonziPN..They think they are above everything and everyone..they pretend everything from everyone, but then they are The UnTouchables!

Eddy Privitera

   Fri 16-Nov-2012, 09:17

Mela Simon Busuttil kiteb dawk it- 353 weghdi ta' GonziPN tal- 2008. Li fihom wieghed li l-gvern kien se jibqa jissussidja l-elettriku lill-kullhadd. U li l-income-tax se tuitnaqqas minn 35% ghal 25% ! Jew forsi qalulhu x'ghandu jnizzel u fassal il-weghdi fi kliem sabih u b'hekk jisirqu l-voti ??

Ganni Borg

   Fri 16-Nov-2012, 09:14

X'se jghidilna x'se jkun fih....jew lill PL biss irid li jghid kif u x'se jkunu l-proposti.


Nahseb li hadd zball mhux fuq TVAM, imma duq DjarjuPN ghax jekk tara l-ahbarjiet u hafna programmi tal PBS hekk tahseb, li qed tara djarju PN.

kalang

   Fri 16-Nov-2012, 08:57

Iggifieri il-gideb sfrenat li kien hemm fl-ahhar programm eletorali tal- PN kien kollhu ivvintat min Simon Busutill? Qed nifhem sew jien ???? Dan bhal gideb li kien ivvinta fi zmien ir-referendum tal-EU. Prosit Simon giddieb fi klassi ghalik int!!!