Il-festival tan-nar tal-art... kompetizzjoni jew le?

Victor Vella  |  12:55  |  01.11.2012

Wara li din is-sena l-festival tal-logħob tan-nar tal-art mekkanizzat ma sarx bħala kompetizzjoni, fl-aħħar jiem inbdiet ħidma ġdida għall-festival li jmiss. Il-kmamar tan-nar f'Malta qed ikunu kkuntattjati biex tinġabar informazzjoni dwar jekk għandhomx interess jieħdu sehem f'dan il-festival.

"Inutli nagħmlu l-festival fuq bażi ta' kompetizzjoni, jekk il-plejers ma jiġux. L-ewwel qed naraw x'interess se jkun hemm mingħandhom,” qal Noel Castillo, l-organizzatur ta' dan il-festival. Il-kmamar tan-nar għandhom ċans sad-9 ta' Novembru biex juru l-interess tagħhom.

Jidher li hemm ix-xewqa fost għadd kbir ta' dilettanti tan-nar li l-festival ikun kemm fuq bażi ta' kompetizzjoni u parti bħala wirja, biex b'hekk kmamar tan-nar li qatt ma daħu ikollhom iċ-ċans li jidħlu wkoll. 

kummenti
3
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Philip Grech

   Mon 03-Dec-2012, 15:47

Fejn ser jigu ppubblikati l-kmamar tan-nar li dahlu ghal competition ?..

Noel Castillo

   Thu 01-Nov-2012, 19:13

Nikkjarifika dettal zghir - Jien mhux l-Organizzatur imma l-Ko-ordinatur tal-Festival. L-Organizzaturi huma l-Kunsill Lokali Floriana.

Biex niccara wkoll kumment li ga deher - Is-sussidju ghal kull raddiena ser ikun ta' €450 din id-darba.

Min jixtieq akta informazzjoni fuq il-Festival jista jaghmel kuntatt mieghi fuq info@leonpromotions.net jew inkella fuq 79408607

Ganni Borg

   Thu 01-Nov-2012, 14:11

Ma qieghedx ikun numru kbir ta' partecipanti ghax fi snin li ghaddew r-rizultati ma kienux gusti barra minnhekk il-kumpens ghax xoghol kbir li ikun hemm ma jghamilx tajjeb ghal l-ispejjes li jkunu saru mill-kmamar tan-nar biex jippartecipaw.