Deidun jitlob sejħa pubblika għall-kariga ta’ JPO

16:55  |  12.10.2012

Ix-xjenzat u eks-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Alan Deidun qiegħed jistaqsi dwar ir-rwol tad-deputat Jeffrey Pullicino Orlando bħala chairman tal-Kunsill tax-Xjenza u t-Teknoloġija. Irid li toħroġ sejħa pubblika biex jimtela dan il-post, u ma’ inewsmalta.com qal li hu jikkonsidra li japplika.  

“Bħala xjenzat lokali, interessat li nkun naf min huwa c-chairman tal-MCST, dan peress li t-terminu ta’ JPO skada f’Settembru li għadda,” qal Deidun li appella biex il-kariga toħroġ b’sejħa pubblika. “Jekk vera nemmnu fil-meritokrazija kif intqal erba’ snin ilu,” saħaq Deidun.

Ikkuntattjat minn inewsmalta.com Deidun qal li l-importanti li “toħroġ sejħa pubblika biex tintagħżel l-iktar persuna adattata għal dak ir-rwol.”

Saħaq li kull post pubbliku għandu jimtela hekk. Għall-mistoqsija dwar kif hemm bosta karigi oħra li għalihom ma ħarġet l-ebda sejħa pubblika, Deidun qal li hu jitkellem dwar din għax il-qasam tiegħu.

“Għax jiena involut fix-xjenza jiena għandi interess dirett u jekk ikun hemm sejħa jiena nista’ napplika wkoll mal-oħrajn,” qal Deidun. Mistoqsi dwar x’analiżi jagħmel tal-ħidma ta’ Pullicino Orlando u x-xjenzat Nicholas Sammut Deidun qal: “Nicholas hija ċara li he has what it takes u l-kariga tiegħu miniex ċert li taqa’ taħt din il-kategorija,” qal Deidun.

Mistoqsi jekk din id-dikjarazzjoni tfissirx li għandu dubju dwar il-ħiliet ta’ Pullicino Orlando huwa qal: “Għaliex ma jneħħihomx billi meta jkun hemm sejħa u jitfa’ s-CV. Jekk hu tajjeb jintagħżel hu. Meta persuna tintagħżel mhux bi proċess dawn id-dubji jqumu,” qal Deidun.

Iktar minn hekk, inewsmalta.com staqsa: “Jew din għandha x’taqsam mal-battibekki li kien hemm bejn int u JPO fi żmien il-kampanja tad-divorzju?”

“Lanqas xejn. Injorajtu kemm jista’ jkun u ħlift li ma rrid bl-ebda mod ma rrid nidħol f’battibekki. Fuq da nil-każ kemm qiegħed nistaqsi mistoqsija,” qal Deidun.

Ikkuntattjat biex jikkummenta dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ Deidun, Pullicino Orlando qal li t-terminu tiegħu “jispiċċa f’Marzu li ġej.”  

kummenti
7
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

il-manina

   Sat 13-Oct-2012, 10:59

Sur Deidun,

Mela f'kelma wahda inti qed tammetti kemm kien, ghadu u jibqa' korrett il-PL dwar il-hatra ta' r-ragel ta' bint il-ministru Cristina li "lahquh" konsulent kontra kull procedura korretta u qabez (aktar minn kangaroo) lill min kien veri haqqu jilhaq konsulent. Tghid dawn in-nies jaghmlu parti mill-klikka sur Deidun?

domesticengineer

   Fri 12-Oct-2012, 21:14

sewwa jejdu li kull hadd ihokk fejn jieklu min jaf x'salarju jkollu xjentist?

JMB

   Fri 12-Oct-2012, 21:13

Ara, qam mir-raqda dan Diedun. Issa jrid li tohrog sejha publika ghal karigi. X'ipokresijja.

Thorny

   Fri 12-Oct-2012, 19:40

Jista jerga japplika JPO..... jew forsi Dr. Franco Debono, jew forsi Robert Musumeci.... ?

Esperjenza ghandhom!

Eks PN

   Fri 12-Oct-2012, 18:02

Jaf ifittex ghal xawwatu.

Agent Smith

   Fri 12-Oct-2012, 17:58

Kemm saru jaghtu kaz il-meritokrazija dawn in-nies li ilhom jiffangaw ghal 25 sena shah.

G Xerri

   Fri 12-Oct-2012, 17:14

Issa qed ninsitu fuq il-meritokrazija? Ara kemm saru ħatriet f'bordijiet fejn tpoġġew nies li l-ħatra tagħhom saret mingħajr ebda sejħa pubblika, ħadd mill-pampaluni Nazzjonalisti qagħad iħabbel rasu għax "Meta persuna tintagħżel mhux bi proċess iqumu d-dubbji." L-aqwa li ta' ġewwa jgawdu. Imma meta mbagħad xi ħadd minn ta' ġewwa jinqares imbagħad jibdew jisemmew id-dubbji u l-meritokrazija.