![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)

Olga Baranovska, mara ta’ 30 sena mir-Repubblika Ċeka, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza meta kienet qed taqsam Triq Dun Karm, li tagħmel parti mill-bypass ta’ Birkirkara qrib l-Univesità f'Tal-Qroqq.
L-aċċident seħħ għall-ħabta tad-20.40 meta Baranovska kienet sejra lura fl-appartament tagħha li jinsab faċċata tal-Università. Jidher inflok ma wżat is-subway, hija qasmet it-triq mill-parti fejn hemm ir-rampa li tagħti għal taħt il-pont. Dak il-ħin kienet ġejja karozza Fiat Punto misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena li kien sejjer għal taħt il-pont fid-direzzjoni ta’ Santa Venera.
Jidher li kif il-mara niżlet għal parti t'isfel wara r-railing, hija ntalqtet mill-karozza min-naħa tas-sewwieq u spiċċat tieħu tisbita x'aktarx mal-bankina.
Immedjat kien l-intervent mediku fejn ambulanza waslet fuq il-post fi ftit minuti peress li l-Isptar jinsab ftit metri ’l bogħod. Il-vittma ttieħdet lejn l-Isptar fejn bdiet tingħata l-kura medika fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Aktar tard hija qalbet għall-agħar u kienet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Ritratti: John Pisani