![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Il-Pulizija qiegħda tinvestiga tlett agressjonijiet serji fuq nisa li seħħew fl-aħħar tlett ijiem; nhar it-Tlieta fl-Imġarr, nhar l-Erbgħa fir-Rabat u ‘lbieraħ f’Ħal Qormi.
Filwaqt li fil-każi ta’ Ħal-Qormi u r-Rabat l-indikazzjonijiet dwar x’seta’ ġara kienu ċari mill-ewwel, fil-każ tal-Imġarr għall-bidu l-pulizija kellha indikazzjonijiet imħallta.
L-ewwel tagħrif li kien ħareġ nhar it-Tlieta minn Triq iċ-Ċagħaq – fejn f’residenza Bugeja instabet f’għadira demm - kien jgħid li Meryem Bugeja, Marokkina miżżewġa Malti setgħet inqatlet. Iżda, imbagħad il-pulizija bdiet taħdem fuq it-teżi li seta’ niżlilha z-zokkor, waqgħet u ħabtet rasha mal-gwardarobba, fil-kamra tas-sodda. Fil-fatt fuq il-post instabet ukoll l-insulina.
Peró, dalgħodu l-orizzont irrapporta dwar kif ir-riżultati tal-awtopsja tefgħu dawl ġdid fuq dan il-każ. Għaddew jumejn u r-riżultati tal-awtopsja għadhom ma kienux ippubblikati, bl-orizzont jiżvela li skont l-awtopsja Bugeja kellha numru ta’ daqqiet f’rasha li jindikaw li setgħet kienet attakkata minn xi ħadd.
Jingħad ukoll li Bugeja, omm ta’ żewġ ulied, kienet tqila. B’hekk issa l-pulizija reġgħet mhijiex teskludi l-possibbiltà li dan kien omiċidju. Anzi qiegħda tara dan bħala probabbiltà kbira u fl-aħħar sigħat kienu interrogati xi persuni b'rabta mal-każ.
Intant, b’rabta mal-każ tar-Rabat, il-pulizija mistennija tressaq il-Qorti lil Carmelo Cutajar bl-akkuża tal-attentat ta’ qtil ta’ martu Mary. Cutajar spara fuqu nnifsu wara li spara fuq martu u ta ruħu b'idejh fl-għassa tar-Rabat.
Ritratt/Filmati: Ray Attard/Charles Marsh/John Pisani